DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ WAQT IL-JUM DINJI KONTRA D-DIJABETE – L-ISPTAR MATER DEI – 12 TA’ NOVEMBRU 2010
pr2080
12/11/2010
| Illum iltqajna sabiex | l-oqsma differenti tas-settur tas-Saħħa u għaqdiet differenti, flimkien, infakkru jum importanti ferm – il-Jum Dinji Kontra d-Dijabete. |
| Id-dijabete mhijiex | marda iżda kundizzjoni li tista' tiġi kkontrollata. Huwa l-istil ta’ ħajja li ngħixu li jista’ jiddetermina jkollniex id-dijabete (type 2). Id-dijabete type 1 hija komuni l-aktar fit-tfal u ż-żgħażagħ. Fiż-żewġ tipi, l-istil ta’ ħajja jikkundizzjona l-kwalità tal-ħajja li jgħixu persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni. |
| Ħafna jistaqsu kif | jindunaw li jkollhom din il-kundizzjoni. Sfortunatament, is-sintomi mhux dejjem joħorġu mill-ewwel. Filfatt l-iktar mod komuni ta' kif tinduna huwa waqt check up tad-demm. Għalhekk huwa rakkomandat li check ups għandhom isiru regolarment speċjalment f'etajiet avvanzati. |
| Però l-aktar sintomi | komuni huma: l-għatx, l-awrina eċċessiva, telf ta' piż u għeja. |
| Meta jkun hemm wieħed | jew aktar minn dawn is-sintomi, huwa importanti ħafna li ma nħallux wisq biex nagħmlu test għaz-zokkor għaliex meta jizviluppaw dawn is-sintomi tkun diġa’ saret xi ħsara. Nappella biex nieħdu d-drawwa li nagħmlu check up regolari. |
| Drawwa komuni fost | ċertu nies Maltin hi li 'jaħarqu' l-awrina biex jaraw għandhomx dijabete. Filwaqt li z-zokkor fil-pipi’ vera jista' jindika dijabete, wieħed għandu jkun jaf li d-dijabete trid tkun laħqet għamlet ċertu ħsara fil-kliewi qabel ma jitfaċċa z-zokkor fl-awrina. |
| Nafu li din | il-kundizzjoni hija pjuttost komuni f’Malta. Huwa stmat li madwar 9.2% tal-popolazzjoni jafu li għandhom id-dijabete imma żgur li hemm oħrajn li ma jafux biha. Huwa importanti li wieħed jagħraf li għandu din il-kundizzjoni biex jikkontrollaha. Fost il-mezzi ta’ kontroll insibu t-tibdil fl-istil tal-ħajja bħal għażliet differenti tal-ikel u aktar attività fiżika. Fejn hemm bżonn tittieħed il-mediċina. Dawk li għandhom type 1 diabetes, iridu jieħdu l-insulina kuljum. |
| Mill-Eurpoean Health | Interview Survey li sar fil-2008 ħareġ li 6% tal-popolazzjoni li jieħdu mediċina għad-dijabete. |
| Biex jiġi mfakkar dan | il-jum qed isiru bosta attivitajiet. Illum hawnhekk fl-Outpatients ta’ Mater Dei mid-Diabetes Clinic, matul dan il-weekend iċ-Ċentri tas-Saħħa se jkunu miftuħa sabiex joffru servizzi varji fosthom testijiet u pariri, l-istudenti wkoll se joffru servizzi għada f’Baystreet mill-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina, fil-waqt li għada wkoll fil-Qawra, l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Farmaċija se tagħmel attività oħra. Nixtieq insemmi wkoll l-attività tal-Assoċjazzjoni Maltija Persuni bid-Dijabete li torganizza bosta attivitajiet regolarment. |
| Jien nawgura li nżidu | l-għarfien dwar id-dijabete u l-prevenzjoni, id-dijanjożi minn kmieni, u kontroll aħjar tad-dijabete u b’hekk innaqqsu l-inċidenza u nevitaw il-kumplikazzjonijiet. |
| Nappella wkoll biex | il-media tkompli tħeġġeġ lill-poplu tagħna biex ikun aktar konxju ta’ din il-kundizzjoni. Il-piż żejjed, il-konsum eċċessiv ta’ ikel u n-nuqqas ta’ eżerċizzju huma kollha fatturi ewlenin li jwasslu għad-dijabete. Meta din il-kundizzjoni ma tkunx ikkontrollata tista’ twassal għan-nuqqas ta’ vista, kumplikazzjoni fil-kliewi u saħansitra amputazzjoni. Il-prevenzjoni tibqa’ l-aqwa għodda għal kull wieħed u waħda minna. |
| Din is-sena wkoll se | ningħaqdu mal-bqija tad-dinja billi se tinxtel Pjazza San Gorg u l-Ministeru tas-Saħħa b’dawl blu b’sinjal ta’ kuxjenza fuq din il-kundizzjoni. Nappella minn qalbi biex aktar nies jingħaqdu magħna billi jixgħelu dawl blu, jew xema, jew anke xema virtwali fuq l-internet bħala parti mill-kampanja Bring Diabetes to Light. |
Grazzi
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003