Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ WAQT IL-JUM DINJI KONTRA D-DIJABETE – L-ISPTAR MATER DEI – 12 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2080
Date Icon 12/11/2010
Illum iltqajna sabiexl-oqsma differenti tas-settur tas-Saħħa u għaqdiet differenti, flimkien, infakkru jum importanti ferm – il-Jum Dinji Kontra d-Dijabete.
Id-dijabete mhijiexmarda iżda kundizzjoni li tista' tiġi kkontrollata. Huwa l-istil ta’ ħajja li ngħixu li jista’ jiddetermina jkollniex id-dijabete (type 2). Id-dijabete type 1 hija komuni l-aktar fit-tfal u ż-żgħażagħ. Fiż-żewġ tipi, l-istil ta’ ħajja jikkundizzjona l-kwalità tal-ħajja li jgħixu persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.
Ħafna jistaqsu kifjindunaw li jkollhom din il-kundizzjoni. Sfortunatament, is-sintomi mhux dejjem joħorġu mill-ewwel. Filfatt l-iktar mod komuni ta' kif tinduna huwa waqt check up tad-demm. Għalhekk huwa rakkomandat li check ups għandhom isiru regolarment speċjalment f'etajiet avvanzati.
Però l-aktar sintomikomuni huma: l-għatx, l-awrina eċċessiva, telf ta' piż u għeja.
Meta jkun hemm wieħedjew aktar minn dawn is-sintomi, huwa importanti ħafna li ma nħallux wisq biex nagħmlu test għaz-zokkor għaliex meta jizviluppaw dawn is-sintomi tkun diġa’ saret xi ħsara. Nappella biex nieħdu d-drawwa li nagħmlu check up regolari.
Drawwa komuni fostċertu nies Maltin hi li 'jaħarqu' l-awrina biex jaraw għandhomx dijabete. Filwaqt li z-zokkor fil-pipi’ vera jista' jindika dijabete, wieħed għandu jkun jaf li d-dijabete trid tkun laħqet għamlet ċertu ħsara fil-kliewi qabel ma jitfaċċa z-zokkor fl-awrina.
Nafu li dinil-kundizzjoni hija pjuttost komuni f’Malta. Huwa stmat li madwar 9.2% tal-popolazzjoni jafu li għandhom id-dijabete imma żgur li hemm oħrajn li ma jafux biha. Huwa importanti li wieħed jagħraf li għandu din il-kundizzjoni biex jikkontrollaha. Fost il-mezzi ta’ kontroll insibu t-tibdil fl-istil tal-ħajja bħal għażliet differenti tal-ikel u aktar attività fiżika. Fejn hemm bżonn tittieħed il-mediċina. Dawk li għandhom type 1 diabetes, iridu jieħdu l-insulina kuljum.
Mill-Eurpoean HealthInterview Survey li sar fil-2008 ħareġ li 6% tal-popolazzjoni li jieħdu mediċina għad-dijabete.
Biex jiġi mfakkar danil-jum qed isiru bosta attivitajiet. Illum hawnhekk fl-Outpatients ta’ Mater Dei mid-Diabetes Clinic, matul dan il-weekend iċ-Ċentri tas-Saħħa se jkunu miftuħa sabiex joffru servizzi varji fosthom testijiet u pariri, l-istudenti wkoll se joffru servizzi għada f’Baystreet mill-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina, fil-waqt li għada wkoll fil-Qawra, l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Farmaċija se tagħmel attività oħra. Nixtieq insemmi wkoll l-attività tal-Assoċjazzjoni Maltija Persuni bid-Dijabete li torganizza bosta attivitajiet regolarment.
Jien nawgura li nżidul-għarfien dwar id-dijabete u l-prevenzjoni, id-dijanjożi minn kmieni, u kontroll aħjar tad-dijabete u b’hekk innaqqsu l-inċidenza u nevitaw il-kumplikazzjonijiet.
Nappella wkoll biexil-media tkompli tħeġġeġ lill-poplu tagħna biex ikun aktar konxju ta’ din il-kundizzjoni. Il-piż żejjed, il-konsum eċċessiv ta’ ikel u n-nuqqas ta’ eżerċizzju huma kollha fatturi ewlenin li jwasslu għad-dijabete. Meta din il-kundizzjoni ma tkunx ikkontrollata tista’ twassal għan-nuqqas ta’ vista, kumplikazzjoni fil-kliewi u saħansitra amputazzjoni. Il-prevenzjoni tibqa’ l-aqwa għodda għal kull wieħed u waħda minna.
Din is-sena wkoll seningħaqdu mal-bqija tad-dinja billi se tinxtel Pjazza San Gorg u l-Ministeru tas-Saħħa b’dawl blu b’sinjal ta’ kuxjenza fuq din il-kundizzjoni. Nappella minn qalbi biex aktar nies jingħaqdu magħna billi jixgħelu dawl blu, jew xema, jew anke xema virtwali fuq l-internet bħala parti mill-kampanja Bring Diabetes to Light.

Grazzi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow