Left arrow Mur Lura

SKEMA FAVUR IT-TNEĦĦIJA TA’ KAROZZI QODMA MIT-TOROQ, GĦAL ARJA AKTAR NADIFA

pr2079
Date Icon 12/11/2010
Bħala parti mill-istrateġijatal-Gvern favur kwalità tal-arja aktar nadifa, partikolarment billi jitnaqqsu mit-toroq karozzi kbar, qodma u li jniġġsu aktar, tnediet skema ġdida fejn min jisskreppja karozza li għandha aktar minn għaxar snin meta jixtri karozza ġdida jista’ jgawdi minn benefiċċju sa €2,000.
Dan ħabbru l-Ministrutal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu. Huwa spjega li din l-iskema trid titqies bħala parti mill-ħidma tal-Gvern favur arja aktar nadifa fejn semma fost l-oħrajn ir-riforma tat-trasport pubbliku kif ukoll riformi oћra fis-setturi tal-karozzi privati u kummerċjali li kienu introdotti fl-ewwel tliet baġits ta’ din il-leġislatura.
Dawn il-bidliet kienujinkludu bidliet fis-sistema ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li jieћdu kont tal-emissjonijiet tas-CO2, bidliet biex jinċentivaw vetturi EURO 4 u EURO 5 u sistema ta’ liċenzjar li tiffavorixxi t-tiġdid aktar regolari tal-karozzi. Dan flimkien ma’ inċentivi favur karozzi hybrid u karozzi elettriċi.
L-gћotja mħabbra llumse tkun tammonta gћal 15.25% fuq il-prezz CIF tal-vettura, sa massimu ta’ €2,000. Il-prezz CIF jinkludi l-prezz, l-assigurazzjoni u l-ġarr. L-iskema tidћol fis-seћћ nhar it-Tnejn 15 ta’ Novembru 2010 u tibqa’ fis-seħħ għal mhux aktar minn sena jew sa massimu ta’ 2,000 karozza.
L-iskema hija miftuħagħal persuni residenti Malta, li jixtru karozza ġdida jiġifieri vettura taћt il-kategorija M1 li qatt ma tkun ġiet reġistrata qabel f’ebda pajjiż u li għandhom karozza li għandha mill-anqas 10 snin mid-data tal-manifattura tagħha, li tkun ilha reġistrata ma’ u kellha liċenzja mill-Awtorità f’isem l-applikant qabel is-26 ta’ Ottubru 2010, li tibqa’ hekk reġistrata u bil-liċenzja sad-data tal-applikazzjoni għall-għotja, u li titneħħa mir-reġistrazzjoni fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-vettura l-ġdida.
L-iskema tapplikawkoll għal persuni li ma kellhomx xi vettura bil-mutur reġistrata u b’liċenzja f’isimhom mal-Awtorità fil-25 ta’ Ottubru, 2010, imma li setgħu akkwistaw karozza li ġiet reġistrata u nħarġitilha liċenza f’isimhom mill-Awtorità wara dik id-data, sakemm dik il-karozza titneħħa mir-reġistrazzjoni fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-karozza l-ġdida.
Kull persunaeliġibbli tkun intitolata għal għotja waħda biss taħt din l-iskema.
Aktar dettaljijinsabu fil-Gazzetta tal-Gvern tal-lum u li qed tiġi ppubblikata ma’ din l-istqarrija.. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 25998244.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow