Left arrow Mur Lura

Stedina għall-Forum Nazzjonali tal-Wirt Kulturali

pr2077
Date Icon 12/11/2010
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjentu l-Kultura se jorganizza l-Forum Nazzjonali dwar il-Wirt Kulturali nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru 2010 bejn id-9.00am u nofsinhar fis-Sala Vassalli Dar il-Mediterran il-Belt Valletta.
Waqt dan il-Forum se jiġippreżentat ir-Rapport dwar l-Istat tal-Patrimonju Kulturali minn Anthony Pace, Sovrintendent tal-Wirt Kulturali, flimkien ma’ preżentazzjonijiet oħra minn Kenneth Gambin mill-Aġenzija Heritage Malta u minn Mons. Vincent Borg mill-Knisja. Se ssir ukoll preżentazzjoni mill-Perit David Felice li se jitratta “L-Arkitettura ta’ llum...il-wirt ta’ għada?” Se jkun hemm ukoll ħin għad-diskussjoni.
Il-ForumNazzjonali se jkun indirizzat mill-Onor. Mario de Marco.

Min jixtieq jattendi għal dan il-Forum hu mitlub jirreġistra sa mhux aktar tard mill-Ħamis 18 ta’ Novembru billi jibgħat e-mail lil: marika.a.grech@gov.mt . Ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-8.30am.

Il-preżentazzjonijiet waqt il-Forum se jkunu bil-Malti u l-attendenza hi bla ħlas.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow