Il-Gvern se jiffinanzja tlettax-il proġett fil-komunitajiet iż-żgħar
| Tlettax-il proġett proposti minn daqstant ieħor | Kumitati Amministrattivi madwar Malta u Għawdex se jiġu finanzjati mill-Gvern permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għall-Proġetti u Inizjattivi mill-Kumitati Amministrattivi fil-Lokalitajiet Tagħhom. |
| Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet | indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said. |
| Hu qal | li l-proġetti magħżula kienu dawk li l-aktar se jħallu impatt pożittiv, dirett u effettiv fuq l-ambjent u l-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti f’dawn il-komunitajiet. |
| Il-proġetti jvarjaw minn tisbiħ u manutenzjoni ta’ | ġonna u spazji pubbliċi, irranġar ta’ toroq, riabilitazzjoni ta’ zoni rurali, u t-tfassil ta’ pjani ta’ mmanniġġjar aħjar tat-traffiku. F’uħud mill-proġetti, il-Kumitati Amminstrattivi se jieħdu miżuri biex tiżdied is-sigurta’ filwaqt li f’oħrajn se tintuża enerġija alternattiva. |
| Chris | Said qal li ż-żelu li wrew il-Kumitati Amministrattivi fit-tfassil ta’ proġetti ta’ fejda għall-komunitajiet li jirrappreżentaw hu indikatur tal-valur tagħhom. Il-Kumitati Amministrattivi kienu introdotti bħala parti mit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Dawn ilhom jaħdmu biss ftit xhur u ħafna minnhom diġà irnexxielhom jidentifikaw oqsma li fihom jistgħu jkunu ta’ ġid għar-residenti li jirrappreżentaw. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said ħeġġeġ | lill-Kunsilli Lokali u lill-Kumitati Amministrattivi biex ikomplu jaħdmu id f’id għall-ġid tar-residenti u l-lokalitajiet tagħhom. |
| L-Iskema | ta’ Finanzjament għall-Proġetti u Inizjattivi mill-Kumitati Amministrattivi fil-Lokalitajiet Tagħhom tnediet f’Lulju li għadda, ftit jiem biss wara li l-Kumitati Amministrattivi bdew jiffunzjonaw uffiċjalment. Din inħarġet peress li ħafna mill-iskemi ta’ fondi speċjali għall-2010 kienu tnedew u l-fondi kienu diġà allokati. |
| F’Malta | u f’Għawdex hawn 16-il Kumitat Amministrattiv. Eletti għall-ewwel darba f’żewġ rawnds ta’ elezzjonijiet li saru fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, dawn jirrappreżentaw komunitajiet żgħar u distinti fi ħdan lokalitajiet ferm akbar. |
| Il-proġetti kollha li se jsiru bl-Iskema ta’ | Finanzjament għall-Proġetti u Inizjattivi mill-Kumitati Amministrattivi fil-Lokalitajiet Tagħhom huma: |
Kumitat Amministrattiv | Deskrizzjoni tal-Proġett |
Fleur de Lys (B’Kara) | ’L-Akwidott .... 400 sena wara’ - Kunċert mużikali li jfakkar l-400 sena mill-bidu tal-bini tal-Akwidott bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra tal-University of Malta Junior College u li jinkludi preżentazzjoni awdjoviżiva dwar dan il-bini storiku. Il-Kumitat Amministrattiv se jorganizza ġirja ta' 5 kilometri matul l-Akwidott ta' Fleur-de-Lys bħala parti mill-attivitajiet kommemorattivi f'għeluq l-400 sena tal-bini tal-Akwidott. |
Is-Swatar (B’Kara/Msida) | Proġett ta’ Tisbiħ u Manutenzjoni tal-Bandli tas-Swatar fi Triq il-Balliju ta’ Guttenberg - Se tinbidel l-entratura għall-bandli. Il-maġġoranza tax-xogħol li se jsir hu fil-ground żgħir li hemm maġenb il-bandli. Ser isirlu turf artifiċjali li l-materjal tiegħu jkun b’saħħtu u li ma jkollux bżonn ta’ ħafna manutenzjoni. Se jsiru żewġ lasti ġodda u iżgħar minn dawk li hemm bħalissa biex ikunu skont il-proporzjon tal-ground. Barra minn hekk, in-naħa taċ-ċnut ġewwa l-ground ser jinkesa b’materjal apposta biex jiġi eliminat il-periklu li, min jaħbat maċ-ċint waqt li jkun qed jilgħab, jista’ jweġġa’. Se jiġi rranġat ukoll il-fence ta’ fejn hemm il-gate li tidħol għal ġol-ground peress li hija mqatta’. Ser jiżdiedu wkoll ħames bankijiet oħra madwar il-bandli sabiex ikun hemm iktar kumdità. Bħala sigurtà, se jsir ukoll xogħol biex tiżdied il-funzjoni tas-CCTV camera li hemm bħalissa. Se ssir ukoll Free Wifi Spot sabiex kull min jiffrekwenta dan il-post ikun jista’ jidħol fl-Internet bil-kumdità kollha. |
Santa Luċija (Ta’ Kerċem) | Xogħol biex tiġi rranġata t-trejqa ta' wiċċ l-għolja ta' Għar Ilma – Se tiġi żviluppata f’belvedere. Din tista’ tkun post ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha u se tkun tajba għal min iħobb jimxi. Minħabba li l-għolja ta’ Għar Ilma hija wkoll iffrekwentata mit-turisti li jkunu għaddejjin bil-mixi mir-Rabat għad-Dwejra, tista’ titqies bħala post turistiku. Ix-xogħol li ser isir jinkludi t-tqaxxir tat-triq u l-kisi bit-tarmak. |
Ħal Farruġ (Ħal Luqa) | Tisbiħ ta’ Triq il-Vitorja – L-għan ewlieni tal-proġett hu li tissebbaħ it-triq u d-daħla ewlenija għal Ħal Farruġ li tibqa’ sejra sa kappella żgħira antika. Permezz ta’ dan il-proġett se jissebbaħ l-ambjent, se titjib id-dehra ġenerali b’infrastruttura aħjar, u l-parkeġġ li hemm fiz-zona se jkun organizzat aħjar. |
Ix-Xlendi (il-Munxar) | Rijabilitazzjoni tal-passaġġ tal-Għar ta’ Karolina - Dan il-passaġġ, li biċċa minnu huwa taraġ maqtugħ fil-blat, huwa sinonimu max-Xlendi. Kien jintuża fl-1920 biex is-Sorijiet Dumnikani jgħumu f’parti separata min-nies. Il-passaġġ kien jieħu mid-dar tas-sajf ta’ Karolina Cauchi. Se titqiegħed ċangatura tal-qawwi fejn hi nieqsa u jitbiddlu l-imkissra. Se jitneħħa r-railing preżenti u jsir fi stil li jirrispetta l-madwar u s-sbuħija tal-post. Se tiżdied is-sistema tad-dawl. Se jinbidel il-kanċell imsaddad tal-Għar u jsir wieħed galvanizzat. Se jitqiegħdu bankijiet ġodda. Dan il-proġett għandu jestendi wkoll għat-‘taraġ ta’ ġol-bini’ (il-passaġġ l-antik li kien jasal sad-dar). Wara li ssir dan ir-rijabilitazzjoni dan il-passaġġ jiġi pubbliċizzat bħala Heritage/Nature trail, b’tabelli informattivi ta’ natura storika u naturali. |
Baħar iċ-Ċagħaq (in-Naxxar) | Xogħlijiet fi Triq l-Iskall, Triq is-Sikka u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi – dawn it-toroq huma importanti għaliex jinsabu fiċ-ċentru tal-komunita’ se jagħtu dehra aħjar lil din il-lokalita’. |
Il-Baħrija (ir-Rabat) | Tisbiħ ta’ Triq is-Sajf ta’ San Martin - L-għan tal-proġett hu li ssir entratura aktar akkoljenti għall-Baħrija. Parti mill-wesgħa se ssir b’soft areas fejn ikunu jistgħu jinżergħu fjuri u pjanti staġjonali. Se jsir parkeġġ żgħir aktar organizzat u b’hekk jinqata’ l-parkeġġ ta’ karozzi li jista’ jkun ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-akkwata. Se jitranġa l-bus shelter li jintuża minn ħafna nies tal-Baħrija. Iz-zona se ssir aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u għall-anzjani. Se jkunu eliminati t-trabijiet. |
Tal-Virtu’ (ir-Rabat) | Xogħol ta’ tisbiħ fis-sit li jinsab kif iddur minn Triq il-Buskett għal ġo Triq Carlo Fiammingo - Minbarra li jipprovdi l-aċċess prinċipali għaż-żona residenzjali tal-Virtù, dan is-sit huwa passaġġ għal kull min irid jgħaddi fit-triqtu lejn il-Buskett. Dan il-post iservi wkoll bħala post tal-mistrieħ għall-anzjani li joqogħdu f’Villa Messina. Il-post hu miżmum fi stat tajjeb, iżda tinħass il-ħtieġa ta’ xogħol ta’ tisbiħ u ta’ sigurtà akbar. Se tinqala’ l-bankina eżistenti li hi perikoluża minħabba li fix-xitwa ssir tiżloq ħafna u għalhekk fil-pjani se jagħmlu materjal adattat biex dan ma jseħħx. Ir-rampa eżistenti se tiġi rranġata b’tali mod li tkun konformi mar-regoli proposti mill-KNPD u għalhekk tkun aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani. Se jiġu installati żewġ arbli tad-dawl li huma solar energy light efficient. Se jiġu installati bankijiet magħmula mill-konkos madwar konok bil-pjanti. Se tinkesa parti minn ħajt li jdawwar is-sit peress li dan qed ifarfar it-trab li qed ikun ta’ inkonvenjent għal dawk li jużaw din il-bankina. Dan il-proġett hu bbażat fuq il-prinċipju ta’ enerġija nadifa u aċċessibbiltà. |
Il-Kappara (San Ġwann) | Proġett ta’ Upgrading ta’ Ġnien G.M. Camilleri – Dan il-proġett qed jiffoka fuq it-tisbiħ tal-ġnien prinċipali li jinsab taħt ir-responsabbiltà diretta. Il-ġnien se jingħata dehra iktar xierqa kif ukoll ikun iktar protett, billi l-Kumitat qiegħed jaħseb sabiex jieħu miżuri oħra fosthom li ssir ġiebja li tippermetti sistema ta’ irrigazzjoni aħjar u ma jinħeliex l-ilma tax-xita kif ukoll li jsir titjib fl-infrastruttura u jinbena ċint bħala enclosure mal-perimetru tal-ġnien sabiex dan ikun protett u jonqos il-vandaliżmu u/jew xi abbużi li jistgħu jsiru. |
Burmarrad (San Pawl il-Baħar) | Tisbiħ tal-ambjent ġenerali ta’ Burmarrad/il-Wardija - Il-Kumitat Amministrattiv jemmen illi għandhom jiżdiedu dawk il-postijiet fejn ir-resident ikun jista’ jqatta’ ftit tal-ħin man-natura, f’ambjent sabiħ u sigur. Se jiġi żviluppat spazju mdaqqas fil-Wardija, fl-inħawi tal-iskola, f’soft area. Se tiġi rranġata bankina li tinsab fi Triq Toni Camilleri kantuniera ma’ Trejqet l-Imdawra li għal snin twal kienet mitluqa. Se jsir upgrade tal-playing field ta’ Burmarrad bl-istallazzjoni ta’ outdoor gym equipment. Il-Kumitat jemmen illi għandu jibda jippromwovi aktar il-kunċett ta’ healthy living. Se tissebbaħ l-akkwata magħrufa bħala ‘Ta’ San Pawl Milqi’. |
Il-Madliena (is-Swieqi) | Installazzjoni ta’ tagħmir ġdid li jinkludi bankijiet u arbli tad-dawl. |
Marsalforn (iż-Żebbuġ) | Kisi bil-hot rolled asphalt ta' Triq Santa Marija – Din hi waħda mit-toroq prinċipali ta’ Marsalforn. |
Bubaqra (iż-Żurrieq) | Tliet traffic managements – Dawn se jservu biex iħarsu u jgħinu lir-residenti tal-akkwata fis-sigurtà fit-toroq u biex it-traffiku jimxi aħjar. Dawn it-tliet traffic managements ser isiru: fi Triq l-Indipendenza/Vjal l-Indipendenza; fi Triq Santa Marija; u fi Triq Sant’Agata. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003