KOMPETIZZJONI INTERNAZZJONALI TAT-TABLE FOOTBALL ‘WORLD GRAND MASTER’ F’GĦAWDEX
pr2075
12/11/2010
| L-Onor | Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, flimkien mal-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport il-bieraħ fil-għaxija indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħataw dettalji dwar il-kompetizzjoni internazzjonali tat-table football ‘World Grand Master’ li se tkun organizzata mill-Federation of International Sports Table Football (FISTF) u li se ssir f’Għawdex fis-27 u fit-28 ta’ Novembru. |
| Din hi | t-tieni attivita’ fi zmien xahar li se tkun qed tiġi organizzata f’Għawdex wara l-Gozo Grand Sprint u li wkoll se tibbenefika mill-fond għall-Għaqdiet Sportivi li jorganizzaw kompetizzjonijiet internazzjonali f’Għawdex. |
| Fid-diskors tiegħu l-Onor. Clyde Puli sostna li | attivitajiet bħal dawn iservu bħala branding għall-gżira Għawdxija u fakkar kif għas-sena d-dieħla l-Gvern reġa’ ġedded dan il-vot għax jemmen fil-potenzjal t’Għawdex bħala destinazzjoni għal turiżmu sportiv. |
| L-Onor | Giovanna Debono qalet li attivitajiet bħal dawn jattiraw lejn Għawdex parteċipanti ta’ kwalita’ li jissarfu f’turisti ta’ kwalita’. Hi żiedet li l-prodott turistiku Għawdxi joffri prospetti tajbin għall-għaqdiet sportivi li jtellgħu kompetizzjonijiet internazzjonali f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003