Jinħatru l-membri tat-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
pr2073
11/11/2010
| Gew maħtura l-membri | tat-Tribunal ta’ Revizjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Dawn inħatru wara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta parir lill-President George Abela, skond kif tipprovdi l-liġi l-ġdida li tirregola l-protezzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp u l-ippjanar. Skond din il-liġi l-ġdida, t-Tribunal għandu jkun magħmul minn tliet membri, li wieħed minnhom ikun persuna li hi kapaċi sew fl-ippjanar tal-iżvilupp jew fl-ambjent (li għandu jippresjedi) u avukat u perit. |
| It-Tribunal se jkun | iffurmat minn membri li se jaħdmu għall-ewwel darba fuq bażi full-time. Il-membri ser jinħatru għall-perjodu ta’ erba’ snin bil-possibiltà ta’ terminu ieħor biss. Il-membri tat-Tribunal huma: |
| Chairperson: | Perit Chris Falzon |
| Membri: | Dott. Ramon Rossignaud |
Perit Jevon Vella
| It-Tribunal jisma’ | appelli, fost l-oħrajn, fuq ippjanar tal-iżvilupp, jiġifieri mingħand l-applikant jew terza persuna interessata. Jisma’ wkoll appelli mingħand kwalunkwe persuna, jekk l-appell ikun fuq kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent. |
| It-Tribunal għandu wkoll | ir-rwol li jieħu deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni fl-eżekuzzjoni ta’ permess relatat ma’ bini f’żona ’l barra mill-iżvilupp (ODZ), fuq proprjetà skedata (Grad 1 jew Grad 2) jew fejn hemm fdalijiet arkeoloġiċi kif ukoll fuq twaqqigħ ta’ bini fil-UCA (li jinkludi t-twaqqigħ tal-faċċata) jew siti protetti. |
| It-twaqqif ta’ dan | it-Tribunal huwa pass ieħor importanti fil-proċess tar-riforma tal-MEPA. Dan it-Tribunal għandu jgħin sabiex tiżdied il-konsistenza u l-effiċjenza fil-proċess ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp u dawk ambjentali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003