Left arrow Mur Lura

Tfal tal-Iskola f’Jum it-Tifkira

pr2068
Date Icon 11/11/2010
Mijiet ta’ tfal mill-iskejjelli jiffurmaw il-Kulleġġ San Ġorġ Preca dal-għodu ħadu sehem f’ċerimonja f’riġlejn il-Qanpiena tal-Assedju fil-belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira.
Iċ-ċerimonja bdietbil-kant tal-Innu Malti u sar qari mir-rumanz “Taħt in-Nar“ ta’ Ġuże Chetcuti, qari ta’ poeżiji u kant.
L-Assistant Parlamentarifi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Stephen Spiteri għamel kelmtejn tal-okkażjoni li fihom saħaq fuq l-importanza tal-istudju tal-istorja fl-iskejjel tagħna.  Sostna li f’din iċ-ċerimonja infakkru lil dawk in-nies, kemm suldati kif ukoll persuni oħra li ħallew ħajjithom fil-gwerra biex jiddefendu l-pajjiżhom.  Appella biex din it-tifkira tnissel fina sens ta’ paċi u twassal il-messaġġ li bl-imħabba nirbħu l-gwerer u minflok il-mibegħda għandna nfittxu li nnisslu l-imħabba.
Irridu napprezzaw kemml-antenati tagħna ħadmu u stinkaw biex illum aħna dak li aħna u allura għandna nkunu kburin bihom, nibqgħu niftakru fihom u nitolbu għalihom. L-Assistent Parlamentari Spiteri sostna li dawn l-attivitajiet kulturali qed jgħinu lit-tfal jiffurmaw karattru u jsiru ċittadini tajbin.
Wara sar talbb’suffraġju għall-vittimi tal-gwerer u tpoġġew kuruni tal-pepprin fuq il-monument.  Membri tal-Forzi Armati daqqew il-Last Post segwit minn minuta silenzju u d-daqq tar-Reveille.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow