Tkompli r-riforma tal-MEPA: Jitħabbru l-membri tal-Kummissjonijiet li se jaħdmu full-time biex tiżdied l-effiċjenza u l-konsistenza fl-operat tal-MEPA
pr2063
10/11/2010
| Fil-ġranet li ġejjin se jibdew joperaw | il-Kummissjonijiet għall-Ambjent u Ippjanar u għalhekk inħatru l-għaxar membri tal-Kummissjonijiet. Dawn il-kummissjonijiet ser jieħu post il-Kummissjonijiet għall-Kontroll tal-Iżvilupp (magħrufa bħala DCCs) anke jekk għall-perjodu taż-żmien ta’ tranżizzjoni ser jaħdmu kemm il-Kummissjonijiet il-ġodda kif ukoll dawk eżistenti. |
| Kif | kien imħabbar fid-dokument tar-riforma tal-MEPA, il-membri ta’ dawn il-Kummissjonijiet se jkunu maħtura fuq bażi full time. Dan għandu jgħin kemm biex tiżdied l-effiċjenza kif ukoll biex tiżdied il-konsistenza fid-deċiżjonijiet. |
| Il-Bord | tal-MEPA issa jrid jaħtar żewg Kummissjonijiet, komposti minn dawn il-membri: waħda biex tiddeċiedi fuq applikazzjonijiet għall-iżvilupp u applikazzjonijiet ambjentali f’żoni ta’ żvilupp u oħra biex tiddeċiedi fuq applikazzjonijiet għal żvilupp u applikazzjonijiet ambjentali f’żoni barra mill-iżvilupp, li jinkludu applikazzjonijiet minn bdiewa u raħħala biex isaħħu l-operat tagħhom u applikazzjonijiet marbuta ma’ rziezet; u applikazzjonijiet f’żoni urbani ta’ konservazzjoni. |
Il-membri tal-Kummissjonijiet li nħatru huma:
Chairperson: Perit Sandra Magro
Perit Franco Montesin
Membri: Sur Bjorn Bonello
Perit Claude Borg
Perit Saviour Borg
Perit Fleur Ebejer
Sur Anthony Ellul
Perit Elizabeth Ellul
Sur John Mangion
| Perit Frank | Muscat |
| Iċ-chairpersons taż-żewg kummissjonijiet ġew | maħtura wkoll Viċi-Chairpersons tal-Bord tal-MEPA. Din ukoll hija miżura li toħroġ mid-dokument tar-riforma tal-MEPA u mil-liġi l-ġdida li tirregola l-ambjent u ippjanar u li għandha tgħin sabiex tiżdied il-konsistenza fid-deċiżjonijiet li tieħu din l-Awtorità. |
| Minbarra l-ħatra ta’ żewg viċi chairpersons, | il-Bord tal-MEPA eżistenti se jkollu membri ġodda. Żewg membri tal-Bord skadilhom it-terminu tat-tieni ħatra u għalhekk ma jistgħux jiġu riappuntati. L-Imħallef Giovanni Bonello, li sa xahar ilu serva bħala Mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, se jieħu post il-Perit Michael Ellul bħala l-espert fuq il-patrimonju Malti. Is-Sinjura Christine Pace se tieħu post is Sur Joe Tabone Jacono bħala membru li għandha għarfien fil-kummerċ. L-Avukat Philip Manduca qed jiġi appuntat bħala membru li għandu għarfien u esperjenza ta’ għaqdiet ambjentali. Din hija ħatra ġdida magħmula abażi tar-riforma tal-MEPA kif riflessa fil-liġi l-ġdida. Is-Sinjura Chiara Borg qed tiġi maħtura bħala rappreżentant tal-Gvern b’esperjenza tas-settur soċjali. |
Il-kompożizzjoni tal-Bord tal-MEPA ser tkun:
| Chairman: | Is-Sur Austin Walker |
| Viċi | Chairperson: Perit Sandra Magro |
| Perit | Franco Montesin |
| Membri: | Imħallef Giovanni Bonello |
Is-Sur Charles Bonnici
Is-Sinjura Chiara Borg
Perit Elena Borg Costanzi
| Ing Joseph | Farrugia |
| Avukat Philip | Manduca |
| Sinjura | Christine Pace |
| Is-Sur Joseph | Vella |
| Żewg | Membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti li huma l-Onor. Joseph Falzon u l-Onor. Roderick Galdes |
| Dawn | il-ħatriet se jiġu fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin hekk kif il-Gvern jibda jdaħħal fis-seħħ il-provedimenti tal-liġi dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tal-Ippjannar. |
| Il-Prim Ministru | Lawrence Gonzi u s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco filwaqt li rringrazzjaw lil dawk kollha li servew fuq il-Kummissjonijiet u l-Bord tal-MEPA għax-xogħol li għamlu u li qed jagħmlu, ferħu lill-membri l-ġodda. Huma qalu li dawn il-ħatriet qed jagħtu forma aktar konkreta lir-riforma tal-MEPA. Sostnew li l-Gvern huwa impenjat li jwettaq din ir-riforma, mfassla wara proċess ta’ konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa. L-għan jibqa’ sabiex l-ambjent tagħna jiġi protett aħjar, b’deċiżjonijiet aktar konsistenti, b’operat aktar effiċjenti, kontabilità ikbar minn min jieħu d-deċiżjonijiet u tisħiħ tal-infurzar tal-liġijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003