Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi jattendi laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għall-Kompetittività
pr2060
10/11/2010
| Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u | Artijiet, Jason Azzopardi llum jinsab fi Brussel jattendi laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea għall-Kompetittività. |
| L-Unjoni | Ewropea ilha għaddejja b’ħidma biex tiżviluppa sistema waħdanija ta’ Patent Ewropew għal aktar minn 30 sena. Din il-ħidma kienet imxekkla minn diffikultajiet ta’ lingwi differenti, kif ukoll differenzi legali u tekniċi minn stat għall-ieħor. |
| Fil-laqgħa tal-lum fost l-oħrajn se jiġu diskussi | d-deliberazzjonijiet leġiżlattivi dwar il-Proposta tal-Kunsill għal regoli marbutin mat-traduzzjoni għall-Patents tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant din il-laqgħa hija tentattiv determinat mill-pajjiżi membri u l-Kummissjoni biex tiġi żblokkata l-kwistjoni tal-lingwa li kienet waħda mill-ostakli ewlenin għall-kreazzjoni tal-Patent Ewropew. |
| Il-Presidenza Belġjana poġġiet is-soluzzjoni għal | dawn id-diffikultajiet bħala prijorità, filwaqt li skedat ħames laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri għall-Kompetittività, matul it-term tagħha li jasal fi tmiemu f’Diċembru. |
| Jakkumpanjaw lis-Segretarju Parlamentari hemm | id-Direttur Generali tad-Dipartiment tal-Kummerċ is-Sur Godwin Warr, is-Segretarju Personali ta’ Dr Azzopardi is-Sur Jonathan Degabriele u s-Sinjorina Kirsten Miller Policy Coordinator għall-SMEs fl-istess Segretarjat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003