DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR MINISTRU għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità WAQT IS-2nd Annual Professional Development Seminar, VALLETTA – 10 TA’ NOVEMBRU 2010
| Bi pjaċir qiegħed | hawn fostkom niftaħ dan it-tieni seminar li kellkom għal din is-sena. Illum nieħu pjaċir iktar, għax din hi l-ewwel darba li ltqajt magħkom wiċċ imb’wiċċ biex inkun nista’ nifirħilkhom personalment għall-achievement riċenti li kellkom. Qed nirreferi għaċ-ċertifikazzjoni tal-ISO9001:2008 dwar is-sistema tal-ilmenti li akkwistajtu dan l-aħħar. Apparti li nifirħilkhom għal dan iċ-ċertifikat li juri s-serjeta’ u l-professjonaliżmu, hawnhekk nixtieq nirrangrazzjakom kollha, għax mingħajrkom dan ma kienx ikun possibli. Minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lid-Direttur tagħkom, li kien il-persuna li xpruna u ħaseb fit-tul, kif ukoll lil Mario Camilleri li kien il-bniedem li ħadem bla heda biex dan ikun possibbli. Issa ma nistgħux nifirħu u nirringrazzjaw biss, imma rridu naħdmu ukoll biex inżommu din iċ-ċertifikazzjoni kif ukoll inżidu oqsma oħra bħal m’huma l-ispezzjonijiet. |
| Dawn is-seminars | għalhekk huma importanti li jsiru ħalli intom iżżommu ruħkom aġġornati mal-avvanzi fit-teknoloġija, imma mhux biss. Bi pjaċir innotajt li fis-seminar tagħkom iddiskutejtu suġġetti li tradizzjonalment forsi ma jitqiesux ta’ importanza bħalma huma, Dealing with challenging behaviour, Continuous Professional development, Training u Challenges. Suġġetti bħal dawn juru biċ-ċar li l-viżjoni tal-Gvern qiegħda tkun assorbita wkoll fid-Dipartimenti tal-Gvern. Tuġgħani qalbi meta nisma’ kummenti għax il-ħaddiema tal-Gvern jiskartaw, jew ma jagħmlu xejn, jew li l-ħaddiema tal-Gvern huma sanwisuga. Ma nistawx indaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu li kollox miexi ħarir u li m’għandniex problemi, imma ma nistawx niġġeneralizzaw. Dan id-Direttorat huwa xempju ta’ mmaniġġjar serju u ppjanar għaqli. Il-Gvern irid, ċivil professjonali u fl-istess ħin effiċjenti. Dawn it-topics juru biċ-ċar illi għandkom viżjoni u li qed taħdmu u tesploraw b’mod ħolistiku fuq ċertu affarijiet. Dan apparti affarijiet li wieħed jistenna li jara f’seminars tagħkom bħalma huma: |
o L-ISO – dan kien wieħed mill-viżjonijiet tagħkom. Issa huwa realta’. Ċertifikat li intom tistgħu tkunu professjonali daqs jekk mhux iktar mill-privat;
o Liġijiet – sabiex iżżommu ruħkom aġġornati ma’ x’qed jiġri madwarna speċjalment fl-Unjoni Ewropea,
o Tfassil ta’ policies fuq is-Saħħa Ambjentali – sabiex b’mod ħolistiku s-saħħa u l-ambjent ikunu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li m’humiex meħudha minn dan il-Ministeru bħal Traffiku, Power Stations, eċċ, u
o Fl-aħħar, imma mhux l-inqas, topics speċifiċi bħaż-żejt taż-żebbuġ – prodotti tipiċi Maltin li jridu ukoll jkunu tal-istess livell ta’ pajjiżi oħra. U intom tridu tkunu ppreparati fuq dawn ukoll, apparti ikel ieħor.
| F’dan l-aħħar xhur | innotajt ukoll li bl-istqarrijiet li toħorġu fix-xahar, irnexxielkom ukoll taqtgħu ċertu għatx għal informazzjoni li kien hawn, avolja kultant nafu li aktar ma tagħti informazzjoni aktar tqajjem kurżita’. Imma rridu nimxu bi trasparenza; xi ħaġa li mhux hija biss mistennija imma hija ukoll obbligu legali. Qabel kien isir ħafna xogħol, imma tali xogħol kien jinżamm mistur ġo xi skrivanija ta’ xi ħadd u tali informazzjoni toħroġ biss meta kien ikun hemm xi mistoqsija parlamentari. Jien għalhekk infaħħar u napprova tali inizjattivi. |
| Naf li hemm uħud minnkom | li huma urtati għall-istat ta’ ċertu uffiċċini bħal ma huma ta’ Tas-Sliema, ir-Raħal Ġdid u anke l-Adiministration Office tagħkom ġewwa l-Imsida. Kienet u għadha fuq l-aġenda tagħna li tiċċaqalqu kollha f’post wieħed u ċentrali u li jilqa’ għal ħtiġijiet tal-lum. Iżda minħabba diversi fatturi tali ċaqlieqa sal-lum għadha ma tistax issir. Din hija xi ħaġa li jien bħala politiku irrid nara kif se nsibu l-fondi kif ukoll il-post adattat għalikom. |
| Sabiex nagħlaq nixtieq | inżid illi nieħu gost nara team dinamiku u żagħżugħ li jaħdem għal benefiċċju tas-socjeta’ in ġenerali u li dejjem kien minn ta’ quddiem ukoll biex jaġġorna ruħu kontinwament. Grazzi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003