Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR MINISTRU għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità WAQT IS-2nd Annual Professional Development Seminar, VALLETTA – 10 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2057
Date Icon 10/11/2010
Bi pjaċir qiegħedhawn fostkom niftaħ dan it-tieni seminar li kellkom għal din is-sena.  Illum nieħu pjaċir iktar, għax din hi l-ewwel darba li ltqajt magħkom wiċċ imb’wiċċ biex inkun nista’ nifirħilkhom personalment għall-achievement riċenti li kellkom.  Qed nirreferi għaċ-ċertifikazzjoni tal-ISO9001:2008 dwar is-sistema tal-ilmenti li akkwistajtu dan l-aħħar.  Apparti li nifirħilkhom għal dan iċ-ċertifikat li juri s-serjeta’ u l-professjonaliżmu, hawnhekk nixtieq nirrangrazzjakom kollha, għax mingħajrkom dan ma kienx ikun possibli.  Minn hawn nixtieq nirringrazzja wkoll lid-Direttur tagħkom, li kien il-persuna li xpruna u ħaseb fit-tul, kif ukoll lil Mario Camilleri li kien il-bniedem li ħadem bla heda biex dan ikun possibbli. Issa ma nistgħux nifirħu u nirringrazzjaw biss, imma rridu naħdmu ukoll biex inżommu din iċ-ċertifikazzjoni kif ukoll inżidu oqsma oħra bħal m’huma l-ispezzjonijiet.
Dawn is-seminarsgħalhekk huma importanti li jsiru ħalli intom iżżommu ruħkom aġġornati mal-avvanzi fit-teknoloġija, imma mhux biss. Bi pjaċir innotajt li fis-seminar tagħkom iddiskutejtu suġġetti li tradizzjonalment forsi ma jitqiesux ta’ importanza bħalma huma, Dealing with challenging behaviour, Continuous Professional development, Training u Challenges. Suġġetti bħal dawn juru biċ-ċar li l-viżjoni tal-Gvern qiegħda tkun assorbita wkoll fid-Dipartimenti tal-Gvern. Tuġgħani qalbi meta nisma’ kummenti għax il-ħaddiema tal-Gvern jiskartaw, jew ma jagħmlu xejn, jew li l-ħaddiema tal-Gvern huma sanwisuga. Ma nistawx indaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu li kollox miexi ħarir u li m’għandniex problemi, imma ma nistawx niġġeneralizzaw. Dan id-Direttorat huwa xempju ta’ mmaniġġjar serju u ppjanar għaqli. Il-Gvern irid, ċivil professjonali u fl-istess ħin effiċjenti. Dawn it-topics juru biċ-ċar illi għandkom viżjoni u li qed taħdmu u tesploraw b’mod ħolistiku fuq ċertu affarijiet.  Dan apparti affarijiet li wieħed jistenna li jara f’seminars tagħkom bħalma huma:

o       L-ISO – dan kien wieħed mill-viżjonijiet tagħkom. Issa huwa realta’. Ċertifikat li intom tistgħu tkunu professjonali daqs jekk mhux iktar mill-privat;

o       Liġijiet – sabiex iżżommu ruħkom aġġornati ma’ x’qed jiġri madwarna speċjalment fl-Unjoni Ewropea,

o       Tfassil ta’ policies fuq is-Saħħa Ambjentali – sabiex b’mod ħolistiku s-saħħa u l-ambjent ikunu fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet li m’humiex meħudha minn dan il-Ministeru bħal Traffiku, Power Stations, eċċ, u

o       Fl-aħħar, imma mhux l-inqas, topics speċifiċi bħaż-żejt taż-żebbuġ – prodotti tipiċi Maltin li jridu ukoll jkunu tal-istess livell ta’ pajjiżi oħra. U intom tridu tkunu ppreparati fuq dawn ukoll, apparti ikel ieħor. 

F’dan l-aħħar xhurinnotajt ukoll li bl-istqarrijiet li toħorġu fix-xahar, irnexxielkom ukoll taqtgħu ċertu għatx għal informazzjoni li kien hawn, avolja kultant nafu li aktar ma tagħti informazzjoni aktar tqajjem kurżita’.  Imma rridu nimxu bi trasparenza; xi ħaġa li mhux hija biss mistennija imma hija ukoll obbligu legali.  Qabel kien isir ħafna xogħol, imma tali xogħol kien jinżamm mistur ġo xi skrivanija ta’ xi ħadd u tali informazzjoni toħroġ biss meta kien ikun hemm xi mistoqsija parlamentari. Jien għalhekk infaħħar u napprova tali inizjattivi.
Naf li hemm uħud minnkomli huma urtati għall-istat ta’ ċertu uffiċċini bħal ma huma ta’ Tas-Sliema, ir-Raħal Ġdid u anke l-Adiministration Office tagħkom ġewwa l-Imsida.  Kienet u għadha fuq l-aġenda tagħna li tiċċaqalqu kollha f’post wieħed  u ċentrali u li jilqa’ għal ħtiġijiet tal-lum.  Iżda minħabba diversi fatturi tali ċaqlieqa sal-lum għadha ma tistax issir. Din hija xi ħaġa li jien bħala politiku irrid nara kif se nsibu l-fondi kif ukoll il-post adattat għalikom.
Sabiex nagħlaq nixtieqinżid illi nieħu gost nara team dinamiku u żagħżugħ li jaħdem għal benefiċċju tas-socjeta’ in ġenerali u li dejjem kien minn ta’ quddiem ukoll biex jaġġorna ruħu kontinwament.  Grazzi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow