Left arrow Mur Lura

Ftuħ tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb

pr2055
Date Icon 10/11/2010
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja,Dolores Cristina lbieraħ inawgurat uffiċjalment is-26 edizzjoni tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb li qed issir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u ddum miftuħa sa nhar il-Ħadd fil-għaxija.
F’diskors tal-okkażżjoni l-Ministru Cristina qaletli kien ta’ sodisfazzjon tara li  din is-sena hi Fiera akbar mis-sena l-oħra għax fil-fatt żdiedu aktar minn tmien esibituri fuq is-sena li għaddiet u fosthom hawn anke pubblikaturi ġodda, flimkien mal-fatt li matul il-ġranet tal-Fiera se jkunu mnedija 60 pubblikazzjoni ġdida Maltija. Dawn ħerġin f’ġimgħa waħda biss.
Hi qaletli din hi xhieda oħra tal-kreattività u d-dedikazzjoni tal-kittieba u l-istampaturi Maltin.  Dan il-fenomenu jurina li l-pubblikaturi Maltin jemmnu li minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, hawn suq għall-prodotti tagħhom. Jixhed ukoll li l-isforzi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex ikompli jxettel l-imħabba lejn il-ktieb u lejn il-qari, qed jagħtu riżultati.
Il-Ministru fakkret fl-investiment li għamelil-Gvern fil-kotba meta s-sena li għaddiet ivvota €100,000 għal xiri ta’ kotba ġodda għal-libreriji tagħna.  Dakinhar ingħatat direzzjoni li l-preferenza għandha tmur għal pubblikazzjonijiet Maltin – u hekk sar.  Ir-riżultat hu li din is-sena, in-numru ta’ kotba li kienu mislufa mil-libreriji tagħna, żdiedu b’60,000 fuq is-sena ta’ qabel.  Hi ħabbret li fil-Baġit ta’ din is-sena hemm allokazzjoni oħra ta’ €100,000 għal xiri ta’ kotba għal-libreriji tagħna.
Madankollu dan mhux biżżejjed.  Hemm bżonn li aktarnies isibu l-ħin biex jaqraw aktar.  Jista’ jkun li l-ħajja mgħaġġla u t-teknoloġija jpoġġu ostakolu għall-qari u għalhekk ikun tajjeb li l-imħabba lejn il-ktieb nippruvaw indaħħluha fit-tfal tagħna minn età żgħira.  Din hi età meta t-tfal tagħna jkunu maqbuda fil-kotba għax l-iskola hi ambjent fejn żgur se jsibu kotba adattati għalihom.  Matul is-snin tat-tfulija l-ktieb jimxi id f’id magħna.
Il-bniedem mit-tfulija jgħaddi għall-adoloxxenza,iż-żogħżija u mbagħad isir adult u mal-passaġġ taż-żmien ir-rabta mal-ktieb tibda tintilef sa mal-ktieb isir biss tifkira tal-imgħoddi.  Din tkun l-akbar traġedja li nistgħu ngħaddu minnha.  Meta l-bniedem jieqaf jaqra, dak ikun sinjal ta’ għażż mentali li rridu niġġieldulu b’kull mod possibbli.
Min-naħal-oħra hu fatt magħruf li l-qari mhux biss iwessa’ l-orizzonti tal-qarrejj u jgħinu jkompli jiżviluppa u jsaħħaħ il-personalità tiegħu, imma jżommu wkoll f’saħħtu mentalment u jbiegħed minnu kundizzjonijiet bħalma huma d-dimensja għax ikun qed iħaddem moħħu kontinwament.
Dawraħafifa mal-Fiera mill-ewwel turik il-varjetà kbira ta’ materjal li hawn aċċessibbli.  Kotba għat-tfal, kotba għat-tagħlim didattiku, traduzzjonijiet ta’ opri letterarji internazzjonali ta’ importanza, oħrajn reliġjużi, bijografiji, kotba dwar l-istorja u t-tradizzjonijiet Maltin, kotba ta’ tagħrif ġenerali, rumanzi, stejjer fittizji, kotba dwar xi xjenza u diversi kotba oħra.  Kotba bil-Malti u bl-Ingliż u kultant anke b’lingwi oħra. Preżentazzjonijiet mill-isbaħ.
Fuql-ixkafef u fl-istands ma hemmx biss kotba sbieħ li jiġbdu l-għajn, imma hemm ukoll ħażna taċ-ċiviltà tagħna – l-imgħoddi u l-preżent.  Dawn il-kotba jiġbru fihom minjiera ta’ għerf infinit isejħilna biex insiru nafuh. F’dawn il-kotba hemm miġbura mhux biss l-isforzi tal-awturi u l-pubblikaturi, imma wkoll hemm miġbura siegħat sħaħ ta’ ferħ u divertiment.  Għax il-qari barra l-ġid kollu li jagħtina, joffrilna wkoll mumenti ta’ mistrieħ u pjaċir.
Il-Ministru Cristina rringrazzjat lill-KunsillNazzjonali tal-Ktieb u lid-Dipartiment tal-Libreriji li flimkien jorganizzaw din il-Fiera b’impenn u dedikazzjoni kbira.  Grazzi wkoll lill-parteċipanti kollha, pubblikaturi, stampaturi, disinjaturi u awturi li lkoll flimkien qed jagħtu sehem imprezzabbli biex il-ktieb jibqa’ l-akbar punt ta’ riferenza għaċ-ċiviltà tagħna, jibqa’ jsib postu f’kull dar u joffri esperjenza ħajja u kontinwa li tibqa’ tikber u tiġġedded magħna tul ħajjitna kollha.
Il-Ministru appellat li issa li qed joqrob il-Miliedu ħafna jibdew jaħsbu biex jixtru r-rigali, il-pubbliku jżomm f’moħħu li l-ktieb hu wieħed mill-isbaħ rigali li jista’ jingħata u jfittex li jagħti kotba bħala rigal.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow