Left arrow Mur Lura

STQARRIJa mill-ministeru tas-saħħa, l-anzjani u kura fil-komunitÀ

pr2050
Date Icon 08/11/2010

L-operazzjonijiet f’Mater Dei zdiedu bi 22% fuq dawk li kienu saru fl-Isptar San Luqa

L-Oppożizzjoni terġa’  tgħawweġ dak li qal l-Awditur Ġenerali

L-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei qed jiżdiedu. Dan hu riżultat taż-żieda fl-investiment li qed jagħmel il-Gvern fil-qasam tas-saħħa u tad-dedikazzjoni ta’ dawk li jaħdmu f’dan is-settur. Fl-ewwel 8 xhur ta’ din is-sena saru 27,898 operazzjoni – li jfisser żieda ta’ 4,940 fuq dawk li kienu saru bejn Jannar u Awwissu 2007 meta kien jitħaddem l-Isptar San Luqa, meta dakinhar kienu saru 22,958 operazzjoni. 

Il-Gverngħas-sena d-dieħla se jinvesti aktar fil-qasam tas-saħħa għall-ġid tal-pazjenti.  Għas-sena d-dieħla qed jiġu investiti 333 miljun ewro li jfisser żieda ta’ 13-il miljun ewro fuq din is-sena.
L-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hija waħda, dik litqarraq bin-numri sabiex tikkonfondi lill-iktar nies vulnerabblli – il-morda u l-anzjani.
L-Oppożizzjoni qed terġa’ tgħawweġ ukoll dak li qall-Awditur Ġenerali. F’paġna 158, l-Awditur Ġenerali kiteb li:
“the National AuditOffice was not in a position to correlate the loaning out of medical equipment with waiting lists at Mater Dei Hospital and to determine the relevance and effect, if any, that the loaning out of medical equipment by Mater Dei Hospital has.”
Kif diġà ġie spejgat fistqarrijiet oħra maħruġa fl-24 ta’ Jannar 2010 u fis-27 ta’ Mejju 2010, fejn ġew miċħuda l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, dan l-arranġament ta’ self ta’ apparat bejn il-Gvern u l-isptarijiet privati jsir fl-interess tal-pazjenti stess, indipendentament minn fejn tkun qed tingħata kura lill-pazjenti u li dan l-arranġament ma jaffetwax l-operat ta’ Mater Dei.
L-Oppożizzjoni għaldarb’oħra qed tagħmel attakk partiġġjan fuq is-servizzi tas-saħħa li joffri l-Gvern permezz ta’ ħaddiema dedikati, u reġgħet għawġet dak li qal l-Awditur Ġenerali biex tattakka l-kura li tingħata mill-privat. L-iskop tal-Oppożizzjoni hu li tipprova toħloq paniku biex bl-aktar mod irresponsabbli tikkonfondi lil iktar nies vulnerabbli tas-soċjetà tagħna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow