Il-Gradi tal-Għalliema fil-proċess li jirċievu l-Allowances
pr2048
08/11/2010
| Il-gradi tal-għalliema, | inkluż il-Kapijiet tal-Iskejjel, Uffiċjali Edukattivi, l-Assistenti Kapijiet, Kapijiet ta’ Dipartimenti, Counsellors, Għalliema, Learning Support Assistants u Kindergarten Assistants qegħdin fil-proċess li jirċievu l-allowance li ġie miftiehem bejn il-Gvern u l-Unjon tal-Għalliema f’Awwissu li għadda. |
| Wara li ġie ffirmat dan | il-ftehim, il-Ministeru tal-Edukazzjoni għadda l-informazzjoni kollha dwar dawn l-allowances lis-sezzjoni li tieħu ħsieb il-komputazzjoni u l-ħlasijiet tas-salarji, biex ikunu proċessati. |
| Wieħed irid japprezza li | l-ammont ta’ dawn il-ħaddiema hu wieħed sostanzjali u jilħaq madwar 5,000 persuna. Is-sezzjoni tas-salarji bdiet tipproċessa l-allowances minnufih. Tant hu hekk li numru ta’ impjegati diġà rċevew l-allowance. |
| Hu maħsub li mal-pagi li | ġejjin dan il-proċess ikompli jitwettaq u l-ħaddiema kollha jirċievu dak li hu dovut lilhom skont il-ftehim. L-MUT taf li l-awtoritajiet edukattivi qed jagħmlu ħilithom biex jitwettaq il-ftehim u dejjem lesti li jagħtu l-informazzjoni neċessarja meta jkun hemm bżonn. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003