L-AMBAXXATA TA’ MALTA FI BRUSSELL TORGANIZZA WIRJA TA’ FOTOGRAFIJA ARTISTIKA FIL-KWARTIERI ĠENERALI TAL-MONTE PASCHI BELGIO
pr2047
08/11/2010
| Fuq | l-inizjattiva tal-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju u b’kollaborazzjoni mal-Air Malta, wirja ta’ fotografija artistika ta’ David Pisani ġiet inawgurata fil-kwartieri ġenerali tal-bank Monte Paschi Belgio, li jinsab fil-qalba tad-distrett Ewropew ta’ Brussell. Il-Monte Paschi Belgio huwa bank sussidjarju tal-Monte Paschi di Siena illi, stabbilit fl-1468, hu l-eqdem bank fid-dinja. |
| Il-wirja, intitolata ‘A sight to Sea’, ġiet | inawgurata mid-Direttur Ġenerali tal-bank Dott. Fabio Giannotti u mis-Sur Pierre Clive Agius, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju. Fid-diskors tiegħu, Dott. Giannotti faħħar il-livell tax-xogħol tal-fotografu Malti. Minn naħa tiegħu l-Ambaxxatur spjega kif il-wrija tiddokumenta artistikament il-kosta Maltija bill-konnotazzjonijiet storiċi u soċjali tagħha. L-Ambaxxatur Agius innota wkoll li l-esibizzjoni ta’ xogħol Malti f’bank stabilit jissottolinea wkoll l-industrija finanzjarja ta’ Malta li llum hija rikonoxxutha bħala ċentru finanzjarju internazzjonali. |
| Udjenza | mdaqqsa kkomposta minn ambaxxaturi, diplomatiċi, bankiera, kummerċanti u membri tal-komuntà Maltija, attendiet din l-inawgurazzjoni. |
| Il-wrija | ser tibqa' miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2010 fil-bank, 24 rue Joseph II, 1000 Brussell. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003