Left arrow Go Back

L-AMBAXXATA TA’ MALTA FI BRUSSELL TORGANIZZA WIRJA TA’ FOTOGRAFIJA ARTISTIKA FIL-KWARTIERI ĠENERALI TAL-MONTE PASCHI BELGIO

pr2047
Date Icon 08/11/2010
Fuql-inizjattiva tal-Ambaxxata ta’ Malta għall-Belġju u b’kollaborazzjoni mal-Air Malta, wirja ta’ fotografija artistika ta’ David Pisani ġiet inawgurata fil-kwartieri ġenerali tal-bank Monte Paschi Belgio, li jinsab fil-qalba tad-distrett Ewropew ta’ Brussell.  Il-Monte Paschi Belgio huwa bank sussidjarju tal-Monte Paschi di Siena illi, stabbilit fl-1468, hu l-eqdem bank fid-dinja.
Il-wirja, intitolata ‘A sight to Sea’, ġietinawgurata mid-Direttur Ġenerali tal-bank Dott. Fabio Giannotti u mis-Sur Pierre Clive Agius, l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Belġju.  Fid-diskors tiegħu, Dott. Giannotti faħħar il-livell tax-xogħol tal-fotografu Malti. Minn naħa tiegħu l-Ambaxxatur spjega kif il-wrija tiddokumenta artistikament il-kosta Maltija bill-konnotazzjonijiet storiċi u soċjali tagħha.  L-Ambaxxatur Agius innota wkoll li l-esibizzjoni ta’ xogħol Malti f’bank stabilit jissottolinea wkoll l-industrija finanzjarja ta’ Malta li llum hija rikonoxxutha bħala ċentru finanzjarju internazzjonali.
Udjenzamdaqqsa kkomposta minn ambaxxaturi, diplomatiċi, bankiera, kummerċanti u membri tal-komuntà Maltija, attendiet din l-inawgurazzjoni.
Il-wrijaser tibqa' miftuħa sat-30 ta’ Novembru 2010 fil-bank, 24 rue Joseph II, 1000 Brussell.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow