AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONI TA’ INTERESS TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013
Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma li fit-23 ta’ Novembru 2010 se tinfetaħ sejħa għall-espressjoni ta' interess minn persuni li jixtiequ jifformaw parti mill-grupp ta' esperti dwar Knowledge Support System - KSS. Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-espressjoni ta’ interess hija l-21 ta’ Jannar 2011. L-Avviż preliminari gie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (2010/C 278/13, 15.10.2010).
| Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-Fond | Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. L-għan ta’ dan il-programm hu li jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-mekkaniżmi mmirati lejn żvilupp armonjuż tat-territorju Ewropew. ESPON jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, komparabbli, evidenza, analiżi u xenarji mill-Ewropa kollha dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji akbar. B’hekk il-programm jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittivita’ Ewropea, għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli. |
| Fil-qafas ta’ Prijorita’ 1 tal-Programm ESPON 2013, | in-Knowledge Support System - KSS tiggarantixxi li l-proġetti ta' riċerka territorjali applikata ikollhom bażi xjentifika soda u jilħqu grad suffiċjenti ta' kwalità xjentifika. |
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur s-sit elettroniku tal-ESPON www.espon.eu
jew jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fuq info.ppcd@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003