DISKORS TAL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAR-RADJOGRAFIJA – SPTAR MATER DEI – IT-TNEJN, 8 TA’ NOVEMBRU 2010
pr2045
08/11/2010
| Illum | qed niltaqgħu biex infakkru l-jum dinji tar-Radjografija. Branka importanti ferm fil-qasam tas-saħħa mill-aspett ta’ dijanjożi, iżda llum ukoll fil-qasam tat-terapija. |
| Ir-Radjografija qed tiżviluppa b’ritmu mgħaġġel | ħafna. Fl-Isptar Mater Dei sar investiment konsiderevoli f’apparat sofistikat, strutturi moderni u l-aktar teknoloġija moderna u avvanzata. Fil-Medical Imaging Department fi ħdan l-isptar Mater Dei ssir firxa wiesgħa ta’ testijiet mediċi li jkopru spettru ferm usa’ ta’ kundizzjonijiet mediċi. L-attenzjoni ta’ dan id-dipartiment huma l-bżonnijiet ta’ kull pazjent li jidħol hawn ġew biex isirlu skrutinju bir-reqqa, dejjem bil-għan aħħari li ntejjbu l-kwalita’ tal-ħajja. |
| Biex | nagħti ftit figuri, ġo dan id-dipartiment, fl-ewwel 6 xhur ta’ din is-sena, saru: |
Erba’ u disgħin elf u seba’ mitt (94,700) scan li jinkludu:
· Aktar minn sebgħin elf (70,000) x-ray
· Aktar minn ħdax il-elf(11,000) Ultrasound
· Aktar minn tminnt elef u erba mitt (8,400) CT Scan
· Aktar minn tlett elef u ħames mitt (3,500) MRI
· Aktar minn elf u tmien mitt (1,800) mammografija
| Fil-waqt | li sodisfatti ferm bil-ħidma ta’ dan it-tim li jaħdem bla għeda, il-bżonn biex ninkuraġixxu aktar nies biex jaħdmu f’dan is-settur huwa kbir ukoll. It-taħriġ edukattiv fir-Radjografija beda fis-snin sebgħin iżda lejn il-bidu tas-snin disgħin l-importanza u l-valur ta’ dan it-taħriġ deher biċ-ċar meta l-kors beda jingħata fl-Universita’ ta’ Malta. Illum il-bżonnijiet mhux biss kibru, imma nbidlu. Ir-radjografi sar għandhom importanza ferm ikbar bħala Health Care Professionals. |
| Bil-bini | taċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija u bix-xiri ta’ tlett Linear Accelerators ġodda, il-Gvern qed ikompli jagħti aktar importanza lil dan is-settur. Il-kwalita’ tal-kura se tagħmel qabża kbira ’l quddiem, iżda dan ma’ jistax isir biss bix-xiri tal-apparat. Il-Gvern qed jagħraf l-importanza li nkomplu nħarrġu aktar żgħażagħ sabiex ikunu huma li jħaddmu l-aktar sistemi sofistikati tar-Radjografija. |
| Din | il-mira ta’ eċċellenza tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ taħriġ tal-ogħla kwalita’. Sabiex dan jintlaħaq, sar ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta u dik ta’ Cardiff (f’Wales) sabiex minn Ottubru li għadda, fetaħ kors ta’ taħriġ f’dak li jissejjaħ Diagnostic and Therapeutic Radiography. Tnax-il-student qed jieħdu taħriġ estensiv f’dan il-qasam. Dan il-grupp ta’ studenti, meta jiggradwaw, se jkunu parti essenzjali mill-istorja medika ta’ pajjiżna għaliex se jbiddlu radikalment il-mod li bieh inħarsu lejn il-kura tal-kanċer, effett li mistenni jinfirex fuq il-ġenerazzjonijiet li ġejjin. |
| Minbarra | dan il-kors, l-Universita’ ta’ Malta għarfet ukoll l-importanza tal-Breast Screening (settur ieħor ta’ suċċess kbir fil-qasam tas-saħħa). Tul is-sena li ilu miftuħ, fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Breast Screening saru aktar minn ĦAMEST ELEF MIJJA U TMIEN (5,108)mammogram. Għal dan il-għan beda ukoll kors ġdid fil-qasam tal-Breast Imaging. |
| Din | is-sena saru żviluppi kbar oħra fil-qasam tar-Radjografija f’pajjiżna. Ta’ min isemmi li beda wkoll l-ewwel Master of Sciences kors fil-qasam tal-Computerised Tomography (CT) u l-Magnetic Resonance Imaging (MRI). Hawnhekk għandna tmien studenti jsegwu l-ewwel kors u erb’oħra jsegwu t-tieni wieħed, total ta’ 12-il-student. |
| Id-dipartimenti konċernati (f’Mater Dei u | fl-Universita’) qed iħarsu ’l quddiem lejn żviluppi ġodda li diġa’ tħabbru. Dawn jinkludu l-istallazjoni tal PET Scan fl-Isptar Mater Dei li għalih irid isir taħriġ speċjalizzat. |
| Nieħu | din l-okkażjoni sabiex nirringrazzja minn qalbi lill-ħaddiema kollha fid-Dipartiment tal-Medical Imaging. Insellem ukoll lil kull min jaħdem fir-radjografija ġewwa pajjiżna. Dawn huma nies li għarfu r-ritmu mgħaġġel tax-xjenza medika u ħaqqhom l-apprezament tagħna lkoll. |
| Tislima | wkoll speċjali lill-morda kollha li għalihom ir-Radjografija mhux biss qed tgħin biex nifhmu aħjar il-kundizzjoni tagħhom, imma hija sors ta’ fejqan. |
Grazzi.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003