Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA, U INVESTIMENT

pr2041
Date Icon 06/11/2010
Mhux minnu li hemm 5,000 kont tad-dawl u l-ilma liħarġu żbaljati
Matul ix-xahar li gћadda, il-kumpanija ARMS Limitedkompliet bit-transizzjoni lejn sistema tal-informatika ġdida bit-trasferiment ta’ accounts residenzali u kummerċjali. Fil-15 t’Ottubru li għadda klijent informa lill-kumpanija ARMS li l-kont tiegћu kellu rental charge nkorrett. Bħalma tagħmel f’kull kuntatt li jsir, l-ARMS daħlet fil-każ u għamlet proċess ta’ ċċekkjar mis-sistema.
Mill-analiżi li saret, ġew identifikati 2,119account li kellhom din l-inkorrettezza, u li 1,225 minnhom kienu nħarġulhom kontijiet. Minn dawn, 1,185 kienu domestic jew residential u 40 non-residential. Kuntrarjament għal kif ġara fil-każ ta’ l-accountsdomestic jew residential, l-40 non-residentialaccount kellhom rental charge domestiku minflok kummerċjali kif suppost. Bejniethom dawn il-1,185 domestic jew residentialaccount li ġew identifikati nħarġulhom 1,891 kont.
Il-kuntrattur tas-sistema ġiennotifikat, u din il-problema ġiet irranġata.
Gћalhekk,mhux minnu li kien hemm 5,000 kont żbaljat, kif allegat minn Joseph Muscat. Dan juri li l-intenzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni hi biss li jivvinta minkejja li s-sitwazzjoni bdiet tiġi rimedjata b’żieda ta’ servizzi, aktar front officers, u ħinijiet itwal biex jinqdew il-klijenti.
Mhux minnu wkoll li kien hemm xi struzzjonijiet biexjitћallsu lura biss dawk il-klijenti li jindunaw b’dan l-iżball. Min għamel xi ħlas żejjed se jingħatalu lura.
Fil-fatt, il-kumpanija ARMS qed tagħmell-aġġustamenti neċessarji biex dawk il-klijenti li setgħu ħallsu l-kontijiet li kienu rċevew, jingħataw il-flus lura.
Intant, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment talab rapport dettaljat lill-ARMS Limited dwar dan il-każ, u jagħraf li jrid ikun hemm aktar titjib fis-servizzi li jingħataw lill-pubbliku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow