Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA ID-DETTALJI TAL-FTEHIM M’ARRIVA MALTA GĦAL TRASPORT PUBBLIKU MODERNIZZAT U B’VALUR GĦALL-FLUS

pr2040
Date Icon 06/11/2010
F’konferenzatal-aħbarijiet dal-għodu, il-Ministru Austin Gatt ħabbar id-dettalji tal-ftehim m’Arriva Malta għal trasport pubbliku riformat għal Malta u Għawdex. Is-servizz il-ġdid ser jibda jopera nhar it-3 ta’ Lulju 2011 b’livell ta’ servizz għal kollox imġedded b’karozzi tal-linja kollha Euro V, bl-arja kundizzjonata u bl-aħħar teknoloġija fis-settur tat-trasport pubbliku. Sebgħin fil-mija tal-flotta se jiżżanżnu għall-ewwel darba f’Malta waqt li l-bqija ser ikunu kollha refurbished biex ikunu kollha Euro V.
Dan ser ifisser tnaqqisqawwi fl-emissjonijiet fl-arja m’hux biss minħabba li l-karozzi tal-linja kollha se jkunu prattikament ġodda, iżda anke għax il-flotta tas-servizz se titnaqqas minn 580 karozza għal madwar 260. Minkejja dan ir-rotot u l-frekwenzi l-ġodda se jkunu jfissru servizz aktar spiss u regolari li jlaħħqu l-partijiet kollha tal-gżejjer b’servizz li jibqa’ għaddej kuljum sal-11 ta’ fil-għaxija.
Is-servizz tat-trasportpubbliku se jkun jimpjega aktar minn 900 persuna, madwar id-doppju tal-persuni impjegati fis-servizz tal-lum, ilkoll imħarrġa biex jipprovdu servizz ta’ kwalita’ lill-pubbliku. L-utenti regolari tat-trasport pubbliku ser ikunu qed iħallsu nollijiet tal-istess livell tal-ispejjeż medji għal min juża t-trasport pubbliku llum, minkejja servizz ħafna aqwa.
Dan minbarra li l-Gvernser ikun qed inaqqas is-sussidju li jonfoq fit-trasport pubbliku minn dak li qed jonfoq illum bi 3.5 miljun ewro. Dan it-tnaqqis fl-ispiża pubblika ser jinkiseb minkejja li għall-ewwel darba ser jiġi sussidjat l-operat tat-trasport pubbliku f’Għawdex li sal-lum hu servizz fqir għall-aħħar.
B’kuntrast mas-servizztal-lum, is-sussiddju għas-servizz il-ġdid hu ffissat għall-għaxar snin li ġejjin u ma jiżdiedx ħlief biex jikkumpensa żidiet statutorji fil-paga minħabba l-għoli tal-ħajja (COLA) jew taxxi diretti fuq is-settur.  Dan ifisser li kemm il-konsumatur kif ukoll min iħallas it-taxxa għandu viżbilita’ ċara għall-għaxar snin li ġejjin ta’ kemm se jiswa s-servizz riformat tat-trasport pubbliku.
L-iffirmar tal-ftehimbejn Transport Malta u Arriva Malta hu skedat għall-20 ta’ Novembru 2010.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow