Tisjir mill-qalb – Ktieb b’ricetti Maltin b’rizq l-Istrina 2010
pr2037
06/11/2010
| “L-istrina għandha ħabta | kif tgħaqqad lin-nies, u din is-sena għaqdet lil dawn id-disa koki flimkien – koki li huma rinomati u popolari peress li kollha għandhom il-programmi u l-kotba taghhom. Is-soltu jipproduċu il-kotba tagħhom u dis-sena għall-Istrina ingħaqdu flimkien u ipproduċew dan il-ktieb Tisjir mill-Qalb!” Dan qalu il-President George Abela waqt li dalgħodu fil-Palazz ta’ Sant’Anton introduċa dan il-Ktieb tar-riċetti bil-Malti, Tisjir mill-qalb, li l-iskop ewlieni warajħ hu li jrendi fondi għall-Istrina 2010. |
| Ghall-dan il-ktieb ġew | avviċinati 9 koki magħrufa fil-qasam tat-tisjir. Koki li kollha rajnihom xi darba jew ohra fuq xi stazzjon televiżiv isajjru u jispjegaw xi riċetta minn tagħhom. Carmen Tedesco, Anton B. Dougal, Peter Dacoutros, Aaron Degabriele, Mark Camilleri, Carmelo Borġ Bonaċi, Joseph Mizzi, Marco Pinelli, Mark Schembri (Kok fil-Kċina tal-President) |
| Tisjir mill-qalb se | jinbiegħ mill-ħwienet kollha tal-Agenda (madwar 20 ħanut ma’ Malta u Ghawdex) u Merlin Library, Palazz ta’ San Anton u l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz il-Belt. |
| Se jkun ukoll fil-fiera | tal-ktieb li tiftaħ nhar il-Erbgha sa nhar il-Hadd f’Dar il-Mediterran. Is-Sibt filgħaxija waqt din il-Fiera, Il-President George Abela flimkien mal-koki se jkunu jiltaqgħu man-nies u jiffirmaw dawn il-kotba. |
| Il-ktieb tar-riċetti se | jinbiegh 10 ewro li kollha se jmorru ghall-Istrina 2010 |
| Ir-riċetti li ħejjew id-disa | koki huma riċetti li faċli ssib l-ingredjenti għalihom u spjegati b’mod li anki dawk li jixtiequ jibdew jesperimentaw fil-kċina għandhom isibuhom faċli. Barra minn hekk il-ktieb se jkollu 6 riċetti magħmula mill-kok tal-kċina tal-President, b’għazla ta’ ikel li togħġob lill-President Abela. |
| Il-Ktieb magħmul Spiral | bound sabiex ikun prattiku biex tuzaħ fil-kcina. |
| Il-President George | Abela rringrazzja lil koki li fin-norma huma kompetituri imma llum ingħaqdu flimkien ghal ġest nobbli sabiex pproduċew dan il-ktieb Tisjir mill-qalb b’risq l-Istrina 2010 li t-tema tagħha hi l-Istrina… Mill-qalb! |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003