Left arrow Go Back

Tisjir mill-qalb – Ktieb b’ricetti Maltin b’rizq l-Istrina 2010

pr2037
Date Icon 06/11/2010
“L-istrina għandha ħabtakif tgħaqqad lin-nies, u din is-sena għaqdet lil dawn id-disa koki flimkien – koki li huma rinomati u popolari peress li kollha għandhom il-programmi u l-kotba taghhom. Is-soltu jipproduċu il-kotba tagħhom u dis-sena għall-Istrina ingħaqdu  flimkien u ipproduċew dan il-ktieb Tisjir mill-Qalb!” Dan qalu il-President George Abela waqt li dalgħodu fil-Palazz ta’ Sant’Anton introduċa dan il-Ktieb tar-riċetti bil-Malti, Tisjir mill-qalb, li l-iskop ewlieni warajħ hu li jrendi fondi għall-Istrina 2010.
Ghall-dan il-ktieb ġewavviċinati 9 koki magħrufa fil-qasam tat-tisjir. Koki  li kollha rajnihom xi darba jew ohra fuq xi stazzjon televiżiv isajjru u jispjegaw xi riċetta minn tagħhom. Carmen Tedesco, Anton B. Dougal, Peter Dacoutros, Aaron Degabriele, Mark Camilleri, Carmelo Borġ Bonaċi, Joseph Mizzi, Marco Pinelli, Mark Schembri (Kok fil-Kċina tal-President)
Tisjir mill-qalb sejinbiegħ mill-ħwienet kollha tal-Agenda (madwar 20 ħanut ma’ Malta u Ghawdex) u Merlin Library, Palazz ta’ San Anton u l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz il-Belt.
Se jkun ukoll fil-fieratal-ktieb li tiftaħ nhar il-Erbgha sa nhar il-Hadd f’Dar il-Mediterran. Is-Sibt filgħaxija waqt din il-Fiera, Il-President George Abela flimkien mal-koki se jkunu jiltaqgħu man-nies u jiffirmaw dawn il-kotba.
Il-ktieb tar-riċetti sejinbiegh 10 ewro li kollha se jmorru ghall-Istrina 2010
Ir-riċetti li ħejjew id-disakoki huma riċetti li faċli ssib l-ingredjenti għalihom u spjegati b’mod li anki dawk li jixtiequ jibdew jesperimentaw fil-kċina għandhom isibuhom faċli. Barra minn hekk il-ktieb se jkollu 6 riċetti magħmula mill-kok tal-kċina tal-President, b’għazla ta’ ikel li togħġob lill-President Abela.
Il-Ktieb magħmul Spiralbound sabiex ikun prattiku biex tuzaħ fil-kcina.
Il-President GeorgeAbela rringrazzja lil koki li fin-norma huma kompetituri imma llum ingħaqdu flimkien ghal ġest nobbli sabiex pproduċew dan il-ktieb Tisjir mill-qalb b’risq l-Istrina 2010 li t-tema tagħha hi l-Istrina… Mill-qalb!
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow