Left arrow Go Back

L-Onor. Clyde Puli jniedi t-tieni edizzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ

pr2035
Date Icon 06/11/2010

L-Onor. Clyde  Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu nieda t-tieni edizzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ. Il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ huwa proġett li nbeda minn dan il-Gvern bil-għan li jinċentiva liż-żgħażagħ ikunu aktar attivi fis-soċjeta’.

Fid-diskors tiegħu l-Onor Puli qal li dan il-Gverndejjem emmen fil-potenzjal taż-żgħażagħ u permezz ta’ dan il-proġett u proġetti simili qed jagħtihom l-għodda neċessarja biex jagħtu l-kontribut tagħhom f’din is-soċjeta u jagħmlu d-differenza.
Danil-proġett li kull ma’ jmur qiegħed jikseb aktar popolarita’ qiegħed jagħti opportunita’ liż-żgħażagħ jagħtu proposti tagħhom għal proġett fil-lokalita’ tagħhom, biex imbgħad fl-aħħar jiġu magħżula 3 proġetti.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-proġett lisar l-ewwel darba din is-sena huwa wieħed mill-programmi ta’ empowerment li l-Gvern qed jisħaq fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, qal ukoll li din il-politika kienet imfassla miż-żgħażagħ stess.
B’sodisfazzjon is-Segretarju Parlamentari sostna lidin is-sena hemm żieda fil-parteċipazzjoni mhux biss mill-Kunsilli Lokali iżda anke miż-żgħażagħ.
Fil-fattdin is-sena applikaw 42 il-Kunsill Lokali li 17-il Kunsill Lokali minnhom diġa għandhom 5 membri jew aktar. S’issa wkoll hemm il-parteċipazzjoni ta’ 162 żgħażugħ u żgħażugħa. Fil-fatt dan ifisser żieda ta’ 3 lokalitajiet fuq is-sena li għaddiet u żieda ta’ madwar 40 parteċipant.
L-OnorPuli sostna li dan juri biċ-ċar kemm iż-żgħażagħ u l-Kunsilli Lokali Maltin u Għawdxin qed jirrispondu għas-sejħa tal-Gvern għal żogħżija attiva’ kif ukoll juri s-sens ċiviku qawwi li għandhom iż-żgħażagħ.
Matuldin il-konferenza kien hemm wkoll preżentazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ rebbieħa li huma dawk ta’ Bormla, Mtarfa u Ħal-Qormi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow