Kunċert ta’ tifkira tal-Prof. Guido de Marco ġewwa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
pr2033
06/11/2010
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet | Barranin, l-Onor Dr Tonio Borg u s-Sinjura Borg ospitaw kunċert ad unur il-mibki President Emeritus il-Professur Guido de Marco fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta. Is-serata bdiet bl-inawgurazzjoni tal-Librerija Guido de Marco fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin mis-Sinjura Violet de Marco, mart il-mibki President Emeritus. Għal dan il-kunċert attendew ukoll t-tfal tal-Prof de Marco: l-Onor Dr Mario de Marco, Segretarju Parlamentari tat-Turiżmu, l-Ambjent u Kultura, Dr Gianella Caruana Curran, Dr Fiorella Camilleri de Marco u membri oħra tal-familja tal- President Emeritus. Ministri, Segretarji Parlamentari, Ambaxxaturi Barranin, Presidenti Emeriti u Membri tal-Korp Diplomatiku Malti kienu preżenti għal dan il-Kunċert. |
| Il-preżentaturi | kienu s-Sur Reuben Gauci u s-Sinjura Doris Zammit. Il-Kunċert kellu bħala mużiċisti ewlenija lill-vjolinist magħruf Malti Dr Joseph Chetcuti u l-pjanista Anne Marie Chetcuti li daqqew mużika li kienet għal qalb il-Prof de Marco u martu. Fil-Kunċert daqqew solo numru ta’ mużiċisti mill-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast tal-Banda Maestro Jonathan Borg. Prof de Marco serva bħala Viċi President ta’ din il-Banda għal numru ta’ snin. |
| Il-Kunċert inkluda wkoll | partijiet qosra mis-sensiela televiżiva “Guido” li Reuben Gauci kien għamel flimkien mal-Prof de Marco fis-sena 2009. Din is-sensiela kien fiha disa’ programmi u kienet sponsorjata minn Education 22 u Times of Malta u xxandret fuq Education 22. Traduzzjoni bl-Ingliż ta’ kliem il-Prof de Marco ġiet irreċtata mill-attur magħruf Malti Anthony Ellul. |
| Sabiex jiġi onorat ix-xogħol | li wettaq il-Prof de Marco għall-Paċi fid-Dinja, il-Kunċert inkluda talba lil Alla għall-Paċi mis-Sinjura Shelley Tayar tal-Kommunità Lhudija, Fr Marcello Ghirlando tal-Kommunità Nisranija u Imam Mohammed El Sadi tal-Kommunità Musulmana. |
| Il-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin jixtieq jirringrazzja lill-isponsors tas-serata li kienu l-Ambaxxata Taljana, Alberta Fire and Security, Power Plan Ltd; ir-Rappreżentanti f’ Malta tat-Total, Jet Services Ltd, Photocity, Vigo Menswear u All Styles. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003