Left arrow Go Back

Kunċert ta’ tifkira tal-Prof. Guido de Marco ġewwa l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

pr2033
Date Icon 06/11/2010
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-AffarijietBarranin, l-Onor Dr Tonio Borg u s-Sinjura Borg ospitaw kunċert ad unur il-mibki President Emeritus il-Professur Guido de Marco fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fil-Belt Valletta. Is-serata bdiet bl-inawgurazzjoni tal-Librerija Guido de Marco fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin mis-Sinjura Violet de Marco, mart il-mibki President Emeritus. Għal dan il-kunċert attendew ukoll t-tfal tal-Prof de Marco: l-Onor Dr Mario de Marco, Segretarju Parlamentari tat-Turiżmu, l-Ambjent u Kultura, Dr Gianella Caruana Curran, Dr Fiorella Camilleri de Marco u membri oħra tal-familja tal- President Emeritus. Ministri, Segretarji Parlamentari, Ambaxxaturi Barranin, Presidenti Emeriti u Membri tal-Korp Diplomatiku Malti kienu preżenti għal dan il-Kunċert.
Il-preżentaturikienu s-Sur Reuben Gauci u s-Sinjura Doris Zammit. Il-Kunċert kellu bħala mużiċisti ewlenija lill-vjolinist magħruf Malti Dr Joseph Chetcuti u l-pjanista Anne Marie Chetcuti li daqqew mużika li kienet għal qalb il-Prof de Marco u martu. Fil-Kunċert daqqew solo numru ta’ mużiċisti mill-Banda San Gejtanu tal-Ħamrun taħt id-direzzjoni tal-Assistent Surmast tal-Banda Maestro Jonathan Borg. Prof de Marco serva bħala Viċi President ta’ din il-Banda għal numru ta’ snin.
Il-Kunċert inkluda wkollpartijiet qosra mis-sensiela televiżiva “Guido” li Reuben Gauci kien għamel flimkien mal-Prof de Marco fis-sena 2009. Din is-sensiela kien fiha disa’ programmi u kienet sponsorjata minn Education 22 u Times of Malta u xxandret fuq Education 22. Traduzzjoni bl-Ingliż ta’ kliem il-Prof de Marco ġiet irreċtata mill-attur magħruf Malti Anthony Ellul.
Sabiex jiġi onorat ix-xogħolli wettaq il-Prof de Marco għall-Paċi fid-Dinja, il-Kunċert inkluda talba lil Alla għall-Paċi mis-Sinjura Shelley Tayar tal-Kommunità Lhudija, Fr Marcello Ghirlando tal-Kommunità Nisranija u Imam Mohammed El Sadi tal-Kommunità Musulmana.
Il-Ministerutal-Affarijiet Barranin jixtieq jirringrazzja lill-isponsors tas-serata li kienu l-Ambaxxata Taljana, Alberta Fire and Security, Power Plan Ltd; ir-Rappreżentanti f’ Malta tat-Total, Jet Services Ltd, Photocity, Vigo Menswear u All Styles.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow