Left arrow Mur Lura

INawgurat uffiĊjalment l-Open Air Fitness Centre f’Ta’ Qali

pr2030
Date Icon 05/11/2010
L-Onor. Clyde Puli,Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu inawgura uffiċjalment l-Open Air Fitness Centre f’Ta’ Qali, investiment ta’ madwar €150,000.
F’dan il-fitnesscentre persuna tista’ tagħmel work out komplut fil-ġurnata u fil-ħin komdu għaliha u mingħajr ħlas.
Waqt id-diskors tiegħul-Onor. Clyde Puli sostna li dan il-fitness centre huwa parti minn strateġija tal-Gvern li jippromwovi“attività fiżikà regolari bħala stil ta’ ħajja għal soċjetà b’saħħitha.”
L-Onor. Puli tkellemukoll dwar l-idea li nibdew nippromwovu aktar l-ispazji miftuħa biex fihom jigi pprattikat eżerċizzju fiżiku u sport għal skop ta’ rikreazzjoni u saħħa, minn kulħadd. Hu żied jgħid li llum li għandna ħajja aktar sedentarja minn qatt qabel, qed insiru konxji mill-importanza tal-fitness u l-mard, fosthom l-obesità u l-mard tal-qalb, li hu assoċċjat man-nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku.
Fil-fatt skontsurvey tal-Eurobarometer li ġie ppubblikat f’Marzu 2010 rriżulta li:
1) 40%taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jipprattikaw xi sport tal-anqas darba fil-ġimgħa. Il-persentaġġ ta’ Malta f’dan ir-rigward ilaħħaq it-48%.
2)Maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (65%) jipprattikaw xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku tal-anqas darba fil-ġimgħa. F’Malta l-persentaġġ huwa ta’ 62%.
L-Open AirFitness Centre huwa gym mgħammar b’diversi magni fosthom: Fitness Bikes, Ski Machines, Treadmills, Double Station Lat Pull Down, Double Station Chest Press, Cross Trainer, Dips, Abdominal Bench, Double Station Leg Press, Tai Chi u Multi Stretch Point.
Il-makkinarju linxtara għal dan l-outdoor gym huwa tajjeb għat-taħriġ kollu tal-muskoli b’varjetà wiesa’ ta’ eżerċizzji. Hemm ukoll numru ta’ struzzjonijiet ċari ta’ kif il-makkinarju jista’ jintuża u l-aħjar mod kif persuna tista’ tagħmel l-eżerċizzju biex ittejjeb l-istil ta’ taħriġ tagħha. Dan l-Outdoor Fitness Centre se jkun qed jikkumplimenta l-Adventure Park li nfetaħ aktar kmieni u li wkoll se jindirizza dan il-għan. Ma’ dawn jingħaqad l-ispazju miftuħ f’Ta’ Qali li minnu nnifsu huwa tajjeb għall-jogging, mixi u tip ta’ ezerċizzju fiżiku ieħor.
Bejnis-Sibt 6 ta’ Novembru u l-Ħadd 7 ta’ Novembru f’dan il-Fitness Centre se jittellgħu għadd ta’ attivitajiet għall-familja kollha minn diversi għaqdiet u assoċjazzjonijiet sportivi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow