Left arrow Mur Lura

Aktar opportunitajiet għal investiment u kummerċ mal-Iskandinavja

pr2027
Date Icon 05/11/2010
Waqtkonferenza li saret dalgħodu fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ kien imniedi l-iScandinavian Business Forum – Malta, li se jkollu l-għan li jsaħħaħ in-netwerks kummerċjali eżistenti bejn negozji Maltin u Skandinavi kif ukoll biex jinċentiva l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda.
Waqtdiskors tal-okkażjoni, li għaliha attendew numru ta’ imprendituri kemm Maltin kif ukoll Skandinavi, il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech tkellem dwar kif pajjiżna jista’ jservi ta’ pont għal negozji Skandinavi li jixtiequ jimirħu fi swieq qrib tagħna fosthom fl-Afrika ta’ Fuq u fl-Asja. Huwa esprima l-fiduċja tiegħu li dan il-Forum jista’ jiffaċilita t-tisħiħ tal-attività kummerċjali bejn Malta u dan ir-reġjun, filwaqt li qal li l-Malta Enterprise se tkun qed taħtar Regional Leader għall-Iskandinavja, bl-għan li tissaħħaħ il-ħidma f’dan ir-reġjun intiża biex tattira aktar investiment. Dan bl-għan aħħari li f’pajjiżna jinħoloq aktar xogħol ta’ kwalità aħjar.
Il-Ministru Fenech ħares lejn uħud mill-vantaġġi lijoffri pajjiżna lill-investitur barrani, fosthom ekonomija stabbli u diversifikata, qafas legali b’saħħtu u ħaddiema mħarrġa u flessibbli. Huwa rrefera għal rapporti riċenti tal-kumpanija tal-credit rating Fitch, li kkonfermat l-istatus “A” għal pajjiżna u li enfasizzat kif pajjiżna, wara li għadda b’mod relattivament trankwill mill-kriżi ekonomika internazzjonali, diġà qed juri sinjali importanti ta’ rkurpu ekonomiku b’saħħtu.
Fl-istess waqt, il-Ministru Tonio Fenech ħeġġeġlill-imprendituri lokali biex iħarsu aktar lejn l-opportunitajiet li joffri dan is-suq u b’mod partikolari jfittxu l-għajnuna tal-Malta Entperise li tgħin lil dawk il-kumpaniji li jixtiequ jimirħu fi swieq barranin. F’dan il-kuntest, fil-ġimgħat li ġejjin se jsir Networking Event fl-Isveżja, taħt l-awspiċji tal-Enterprise Europe Network, fejn f’dan il-każ dan l-avveniment se jkun iffukat fuq is-settur tal-kostruzzjoni sostenibbli.
Fil-Baġit 2011 tħabbret inizjattiva oħra li setkompli tinkoraġġixi t-taħriġ u l-għajnuna lil dawk is-sidien ta’ negojzu li jixtiequ jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-swieq internazzjonali, il-Gateway to Export. Din għandha tibni fuq is-suċċess u l-interess tal-iskema International Competitiveness, li permezz tagħha aktar minn 70 negozju gawdew madwar €4.5 f’għajnuna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow