Aktar opportunitajiet għal investiment u kummerċ mal-Iskandinavja
pr2027
05/11/2010
| Waqt | konferenza li saret dalgħodu fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ kien imniedi l-iScandinavian Business Forum – Malta, li se jkollu l-għan li jsaħħaħ in-netwerks kummerċjali eżistenti bejn negozji Maltin u Skandinavi kif ukoll biex jinċentiva l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda. |
| Waqt | diskors tal-okkażjoni, li għaliha attendew numru ta’ imprendituri kemm Maltin kif ukoll Skandinavi, il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech tkellem dwar kif pajjiżna jista’ jservi ta’ pont għal negozji Skandinavi li jixtiequ jimirħu fi swieq qrib tagħna fosthom fl-Afrika ta’ Fuq u fl-Asja. Huwa esprima l-fiduċja tiegħu li dan il-Forum jista’ jiffaċilita t-tisħiħ tal-attività kummerċjali bejn Malta u dan ir-reġjun, filwaqt li qal li l-Malta Enterprise se tkun qed taħtar Regional Leader għall-Iskandinavja, bl-għan li tissaħħaħ il-ħidma f’dan ir-reġjun intiża biex tattira aktar investiment. Dan bl-għan aħħari li f’pajjiżna jinħoloq aktar xogħol ta’ kwalità aħjar. |
| Il-Ministru Fenech ħares lejn uħud mill-vantaġġi li | joffri pajjiżna lill-investitur barrani, fosthom ekonomija stabbli u diversifikata, qafas legali b’saħħtu u ħaddiema mħarrġa u flessibbli. Huwa rrefera għal rapporti riċenti tal-kumpanija tal-credit rating Fitch, li kkonfermat l-istatus “A” għal pajjiżna u li enfasizzat kif pajjiżna, wara li għadda b’mod relattivament trankwill mill-kriżi ekonomika internazzjonali, diġà qed juri sinjali importanti ta’ rkurpu ekonomiku b’saħħtu. |
| Fl-istess waqt, il-Ministru Tonio Fenech ħeġġeġ | lill-imprendituri lokali biex iħarsu aktar lejn l-opportunitajiet li joffri dan is-suq u b’mod partikolari jfittxu l-għajnuna tal-Malta Entperise li tgħin lil dawk il-kumpaniji li jixtiequ jimirħu fi swieq barranin. F’dan il-kuntest, fil-ġimgħat li ġejjin se jsir Networking Event fl-Isveżja, taħt l-awspiċji tal-Enterprise Europe Network, fejn f’dan il-każ dan l-avveniment se jkun iffukat fuq is-settur tal-kostruzzjoni sostenibbli. |
| Fil-Baġit 2011 tħabbret inizjattiva oħra li se | tkompli tinkoraġġixi t-taħriġ u l-għajnuna lil dawk is-sidien ta’ negojzu li jixtiequ jibbenefikaw mill-opportunitajiet tas-swieq internazzjonali, il-Gateway to Export. Din għandha tibni fuq is-suċċess u l-interess tal-iskema International Competitiveness, li permezz tagħha aktar minn 70 negozju gawdew madwar €4.5 f’għajnuna. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003