Left arrow Mur Lura

AWTORITA’ MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS: BIDU TAL-PERJODU TA’ REGOLARIZZAZZJONI TA’ LIFTS MINGĦAJR IL-MARKA CE

pr2026
Date Icon 05/11/2010
L-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (MSA) tixtieqtfakkar lil kull min jinstalla lifts u kull sid ta’ lift li r-regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Lifts mingħajr il-marka CE sa daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010 u jibqgħu applikabbli sat-30 ta’ Ottubru 2011. Lift “mingħajr il-marka CE” hu kwalunkwe lift li tqiegħed għall-użu għall-ewwel darba sa mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem li, b’xi mod jew ieħor, mhuwiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts ta’ l-2002 (Avviż Legali 370 ta’ l-2002)
Mill-1ta’ Novembru 2010 l-installaturi ta’ lifts  għandhom erba’ xhur ċans sabiex jinnotifikaw lifts mingħajr il-marka CE lill-MSA. Il-persuni responsabbli mil-lift, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw is-sidien tal-lift, se jkunu mitluba jidentifikaw l-installatur tal-lift tagħhom u jinfurmawh bil-miktub dwar l-obbligi tiegħu sabiex jiżguraw li din il-proċedura titwettaq. In-notifikazzjoni sa ssir permezz ta’ formoli ppublikati apposta mill-MSA fuq is-sit www.msa.org.mt/rad/lifts/index.htm.
Dawnir-regolamenti ġodda ħasbu wkoll għal każijiet fejn l-installatur tal-lift jew m’għadux jeżisti jew ma jistax, għal kwalunkwe raġuni, jobdi dawn ir-regolamenti. F’dawn il-każijiet, ir-responsabbilta’ se taqa’ fuq il-persuni responsabbli tal-lift, irrispettivament jekk l-installatur tal-lift ma jistax jobdi r-regolamenti b’mod deliberat jew le. Dan juri kemm hu importanti li l-persuni responsabbli jifhmu sew din il-proċedura ta’ regolarizzazzjoni.
Sabiexjiġi żgurat is-suċċess ta’ din il-proċedura, sa tingħata wkoll l-opportunita’ lil terzi persuni li jinnotifikaw lill-MSA dwar lifts mingħajr il-marka CE b’mod anonimu.
Samid-data ta’ notifika, perjodu massimu ta’ 6 xhur sa jingħata sabiex l-installatur tal-lift jirregolarizza l-lift billi japplika l-proċedura diġa’ stabbilita fir-Regolamenti tal-Lifts tal-2002.
Kwalunkwe persuna li mhux se timxi ma’ dawnir-regolamenti ġodda tista’ tiġi mħarrka b’multi li jitilgħu sa €2,329.37, u jittiehdu miżuri restrittivi fuq lifts li ma jkunux sikuri.

Għal aktar tagħrif jew mistoqsijiet fuq din il-proċedura wieħed jista’ jikkuntattja lill-MSA fuq it-telefon 2395 2000 jew permezz ta’ l-email helpdesk.m

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow