AWTORITA’ MALTIJA DWAR L-ISTANDARDS: BIDU TAL-PERJODU TA’ REGOLARIZZAZZJONI TA’ LIFTS MINGĦAJR IL-MARKA CE
pr2026
05/11/2010
| L-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards (MSA) tixtieq | tfakkar lil kull min jinstalla lifts u kull sid ta’ lift li r-regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Lifts mingħajr il-marka CE sa daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2010 u jibqgħu applikabbli sat-30 ta’ Ottubru 2011. Lift “mingħajr il-marka CE” hu kwalunkwe lift li tqiegħed għall-użu għall-ewwel darba sa mill-1 ta’ Lulju 2002 ‘il quddiem li, b’xi mod jew ieħor, mhuwiex konformi mar-Regolamenti tal-Lifts ta’ l-2002 (Avviż Legali 370 ta’ l-2002) |
| Mill-1 | ta’ Novembru 2010 l-installaturi ta’ lifts għandhom erba’ xhur ċans sabiex jinnotifikaw lifts mingħajr il-marka CE lill-MSA. Il-persuni responsabbli mil-lift, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw is-sidien tal-lift, se jkunu mitluba jidentifikaw l-installatur tal-lift tagħhom u jinfurmawh bil-miktub dwar l-obbligi tiegħu sabiex jiżguraw li din il-proċedura titwettaq. In-notifikazzjoni sa ssir permezz ta’ formoli ppublikati apposta mill-MSA fuq is-sit www.msa.org.mt/rad/lifts/index.htm. |
| Dawn | ir-regolamenti ġodda ħasbu wkoll għal każijiet fejn l-installatur tal-lift jew m’għadux jeżisti jew ma jistax, għal kwalunkwe raġuni, jobdi dawn ir-regolamenti. F’dawn il-każijiet, ir-responsabbilta’ se taqa’ fuq il-persuni responsabbli tal-lift, irrispettivament jekk l-installatur tal-lift ma jistax jobdi r-regolamenti b’mod deliberat jew le. Dan juri kemm hu importanti li l-persuni responsabbli jifhmu sew din il-proċedura ta’ regolarizzazzjoni. |
| Sabiex | jiġi żgurat is-suċċess ta’ din il-proċedura, sa tingħata wkoll l-opportunita’ lil terzi persuni li jinnotifikaw lill-MSA dwar lifts mingħajr il-marka CE b’mod anonimu. |
| Sa | mid-data ta’ notifika, perjodu massimu ta’ 6 xhur sa jingħata sabiex l-installatur tal-lift jirregolarizza l-lift billi japplika l-proċedura diġa’ stabbilita fir-Regolamenti tal-Lifts tal-2002. |
| Kwalunkwe persuna li mhux se timxi ma’ dawn | ir-regolamenti ġodda tista’ tiġi mħarrka b’multi li jitilgħu sa €2,329.37, u jittiehdu miżuri restrittivi fuq lifts li ma jkunux sikuri. |
Għal aktar tagħrif jew mistoqsijiet fuq din il-proċedura wieħed jista’ jikkuntattja lill-MSA fuq it-telefon 2395 2000 jew permezz ta’ l-email helpdesk.m
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003