Titħabbar l-organizazzjoni tal-Forum Ewropew għat-Turiżmu f’Malta
pr2024
04/11/2010
| L-industrija tat-turiżmu | tiġġenera 5% tal-Prodott Gross Domestiku tal-UE u timpjega 9.7 miljun persuna f’1.8 miljun intrapriża. Jekk wieħed jinkludi s-setturi marbuta mat-turiżmu, isib li b’kollox it-turiżmu jimpjega 12% tal-ħaddiema fl-UE u jiġġenera produzzjoni ta’ aktar minn 10% tal-Prodott Gross Domestiku. Din l-industrija, għalhekk jeħtieġ li tibqa’ tissaħħaħ permezz ta’ djalogu kontinwu fost l-entitajiet kollha involuti. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbru d-dettalji dwar l-Forum Ewropew għat-Turiżmu li din is-sena se jsir f’Malta. |
| Il-forum se jkun | organizzat bejn it-18 u d-19 ta’ Novembru 2010, fil-lukanda Golden Sands fil-Mellieħa. Għal dan il-forum se jattendu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Antonio Tajani, Ministri tat-Turiżmu u delegazzjonijiet barranin mill-industrija turistika, mis-soċjetà ċivili, mill-istituzzjonijiet Ewropej, minn awtoritajiet tal-pajjiżi membri kif ukoll minn għaqdiet internazzjonali. Il-forum jattira bejn 200 u 300 delegat u qed isir f’Malta għat-tieni darba hekk kif kien organizzat f’pajjiżna fl-2005. Il-forum se jkun organizzat mill-Presidenza Belġjana tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u mill-Gvern Malti. |
| It-tema ewlenija | tal-forum hija t-tisħiħ tat-turiżmu Ewropew bħala l-akbar suq turistiku fid-dinja. Is-Segretarju Parlamentari qal li din it-tema hija sinifikanti għas-suq turistiku u għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti fil-European Action Framework. Dan id-dokument se jkun diskuss f’Malta u jinkludi inizjattivi għat-tisħiħ tas-settur turistiku Ewropew fosthom l-kompettitività, is-sostenibbilità turistika, it-tiġdid tal-prodott turistiku, it-turiżmu kulturali u l-importanza li l-Ewropa tkun irriklamata bħala destinazzjoni waħda li tiġbor fiha kulturi differenti iżda b’fatturi kommuni. |
| Mario de Marco qal li | d-diskussjoni fuq livell Ewropew hija importanti biex isaħħaħ il-politika Ewropea fuq it-turiżmu. Tenna li deċiżjonijiet għaqlija jħallu l-frott u xhieda ta’ dan huwa s-suq turistiku lokali, b’Settembru jkun r-raba’ xahar konsekuttiv li fih ġew numru rekord ta’ turisti. Mario de Marco qal li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,053,348 turist. Hu żied li dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel disa’ xhur tas-sena u hi wkoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu. Fil-fatt, in-nefqa totali ta’ €913,972,000 bejn Jannar u Awwissu 2010 hija ta’ ’l fuq minn €162 miljun iktar, fuq in-nefqa tal-istess perjodu, is-sena li għaddiet. Mario de Marco qal li n-nefqa fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kienet kważi €37 miljun aktar fuq l-istess perjodu fl-2008, li kienet sena rekord għat-turiżmu. |
| Preżenti | għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Belġjan għal Malta, l-ET Jean Francois Delahaut li qal li l-Presidenza Belġjana tal-UE tilqa’ b’sodisfazzjon l-organizazzjoni ta’ forum li se jiffoka fuq it-tisħiħ tas-settur turistiku Ewropew. Hu qal li Malta u l-Belġju għandhom relazzjonijiet tajbin li qed jissarfu wkoll f’numru dejjem jiżdied ta’ turisti li jiġu Malta mill-Belġju. Hu awgura li l-forum jissarraf fi pjan strateġiku għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti fil-European Action Framework. |
| Dr. Angelo Chetcuti | mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta qal li pajjiżna għamel passi pożittivi ’l quddiem fid-diversifikazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ niche markets. Sostna li l-forum għandu jkompli jtejjeb il-prodott turistiku Ewropew permezz ta’ diskussjonijiet fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-bidliet li qed iseħħu f’dan is-settur. |
| Il-forum se jinkludi | preżentazzjonijiet minn esperti fil-qasam turistiku u diskussjonijiet tekniċi kif ukoll laqgħa bejn il-Ministri tat-Turiżmu preżenti għall-forum. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003