Ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern
pr2023
04/11/2010
| B’referenza | għall-Press Release Nru.1961, ta’ nhar it-Tlieta 26 ta’ Ottubru, 2010, l-Accountant General javża li l-prezz għall-pubbliku, għal kull Stock imsemmi hawn taħt, ġie stabbilit kif ġej: |
| (i) | 3,75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue bi prezz ta’ € 103.50 b’YTM ta’ 3.00%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.02%; u |
| (ii) | 5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, bi prezz ta’ € 101.50 b’YTM ta’ 5.13% li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 5.19%. |
| L-applikazzjonijiet | jiftħu nhar it-Tnejn 8 ta’ Novembru, 2010 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General: |
| (a) | fil-5.00pm l-Erbgħa 10 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u |
| (b) | f’nofsinhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
| Il-formoli tal-applikazzjoni | jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor. |
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003