Left arrow Go Back

Ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern

pr2023
Date Icon 04/11/2010
B’referenzagħall-Press Release Nru.1961, ta’ nhar it-Tlieta 26 ta’ Ottubru, 2010, l-Accountant General javża li l-prezz għall-pubbliku, għal kull Stock imsemmi hawn taħt, ġie stabbilit kif ġej:
(i)3,75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2015 (VI) Fungibility Issue bi prezz ta’ € 103.50 b’YTM ta’ 3.00%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.02%; u
(ii)5.25% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2030 (I) Fungibility Issue, bi prezz ta’ € 101.50 b’YTM ta’ 5.13% li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 5.19%.
L-applikazzjonijietjiftħu nhar it-Tnejn 8 ta’ Novembru, 2010 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal- Accountant General:
(a)fil-5.00pm l-Erbgħa 10 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna; u
(b)f’nofsinhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru, 2010 għall-applikazzjonijiet li jkunu  magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjonijinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment.  Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow