Left arrow Mur Lura

Investiment ta’ €10 miljun ewro fl-innovazzjoni u l-awtentiċita’ tal-prodott turistiku lokali

pr2016
Date Icon 03/11/2010

Titħabbar it-tielet sejħa għall-applikazzjonijiet taħt l-iskema għal proġetti ta’ turiżmu sostenibbli

Il-kompettitivita’tas-settur turistiku tiddependi mill-investiment kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat. L-innovazzjoni u l-awtentiċita’ tal-prodott turistiku huma wkoll fatturi importanti li jagħmlu lill-pajjiżna aktar attraenti. Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, l-Onor. Mario de Marco waqt seminar li fih ingħataw id-dettalji għat-tielet sejħa mill-fond  ERDF ta’ €10 miljun, li jiffinanzja parti mill-investiment fi proġetti favur is-sostenibilita’ turistika.
L-iskematappoġġja b’mod dirett u indirett lil dawk li jipprovdu servizzi turistiċi. L-għajnuna finanzjarja ta’ bejn 30% sa 50% mill-ispiża totali tal-proġett, tingħata għall-investiment immirat lejn it-tkabbir u l-iżvilupp turistiku jew proġetti f’operazzjonijiet kulturali.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-iskematippromwovi tlett aspetti importanti tas-sostenibilita’ turistika li huma s-sostenibilita’ ekonomika, ambjentali u soċjali. Hu qal ukoll li l-investiment fl-innovazzjoni jissarraf f’valur miżjud għat-turist li jżur pajjiżna.
Mario deMarco qal li l-investiment fit-titjib tal-prodott turisiku huwa investiment fil-potenzjal tas-settur turistiku tagħna. Il-fatt li t-turisti li qed jiġu Malta qed iħallu aktar flus fl-ekonomija tagħna, huwa xhieda tal-potenzjal li għandu s-settur turistiku tagħna, tenna Mario de Marco. Hu rrefera għan-nefqa tat-turisti fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena u li kienet ta’ €132 miljun aktar fuq l-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet. Irrefera wkoll għan-nefqa tat-turisti fl-ewwel tmien xhur tal-2008, jiġifieri qabel il-kriżi finanzjarja internazzjonali. Tenna li meta mqabbla mal-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu tal-2008, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena it-turisti nefqu €27 miljun aktar.
Mario deMarco tkellem ukoll dwar id-90 proġett li parti mill-ispiża tagħhom ġiet iffinanzjata wara l-ewwel u t-tieni sejħa ta’ applikazzjonijiet taħt l-iskema. B’kollox it-total tal-proġetti kien ta’ aktar minn 15-il miljun ewro, bil-finanzjament mill-iskema jkun ta’ kważi €7 miljun. Fost l-intrapriżi li gawdew minn dawn il-fondi kien hemm lukandi, ristoranti, skejjel tal-Ingliż, diving schools u assoċjazzjonijiet sportivi.
L-intrapriżi li jissotomettu proġett taħt dinl-iskema jridu jiżguraw li l-attivitajiet proposti jiffukaw fuq:

·        Titjib tal-prodott u investiment fit-tgħamir

·        Investiment f’miżuri li jkun ‘environmentally friendly’

·        Investiment fit-tekonoloġija tal-informazzjoni u kommunikazzjoni

·        Investiment fl-intraprenditorija

·        Investiment fil-promozzjoni (marketing)

L-iskema isaħħaħ is-settur turistiku għaliex twassal għall-introduzzjoni ta’ sistemi t’operat sostennibli, l-investiment f’teknoloġiji u faċilitjaiet moderni u l-iżvilupp tal-karateristiċi uniċi tal-wirt storiku ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow