Left arrow Mur Lura

Preżentati liċenzi lill-infermiera

pr2015
Date Icon 03/11/2010
Il-Ministru għas-Saħħa,Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor Joe Cassar, flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onor Mario Galea ppreżentaw il-liċenza lill-140 infermier waqt ċerimonja fl-istess Ministeru l-bieraħ filgħaxija.
Din il-liċenza hijasinjal ta’ rikonoxximent u apprezzament min-naħa tal-Gvern għall-ħidma u l-professjonalità tal-infermiera.
Waqtmessaġġ qasir tal-okkażjoni, l-Onor Galea qal li, bħala infermier hu stess, jifhem li l-infermier hu l-qalb tas-servizzi tas-saħħa.  Filwaqt li stieden lil kull infermier biex ikun kburi li jħaddan professjoni tant importanti għas-saħħa tal-pazjenti, sostna wkoll l-importanza li l-professjonisti varji fil-qasam tas-saħħa jżommu ruħhom dejjem aġġornati dwar l-aħħar prattiċi sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar servizz possibbli.
Il-Ministru Cassarirringrazzja lill-infermiera tal-ħidma li jwettqu mal-pazjenti u qal li ċ-ċertifikat li tqassam huwa konferma tar-rispett li l-Gvern għandu lejn il-ħidma tal-infermiera.  Hu stieden lil dawk preżenti biex ikunu professjonisti eżemplari filwaqt li bil-ħidma tagħhom ikunu ta’ eżempju għal infermiera ġodda.  Il-Ministru Cassar ħeġġeġ lill-infermiera biex huma stess jitkellmu dwar il-professjoni tagħhom u jaqsmu l-esperjenzi pożittivi mal-famlijari u ħbieb sabiex min ikun imħajjar jagħżel din il-professjoni jkun jista’ jsegwi l-eżempju tagħhom.
Id-Dipartiment tas-Saħħagħandu mal-5,000 professjonist mediku jaħdmu fi ħdanu. Dawn jinkludu mal-2,300infermiera u qwiebel, 760 tobba u dentisti u 2,050 allied health care professionals (bħal Fiżjoterapisti, Speech Language Pathologists, etc) nursing aides u health assistants.
Din iċ-ċerimonja kienetwaħda minn numru ta’ ċerimonji li qed isiru mal-professjonisti kollha li jaħdmu fis-settur tas-Saħħa Pubblika.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow