Preżentati liċenzi lill-infermiera
pr2015
03/11/2010
| Il-Ministru għas-Saħħa, | Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor Joe Cassar, flimkien mas-Segretarju Parlamentari l-Onor Mario Galea ppreżentaw il-liċenza lill-140 infermier waqt ċerimonja fl-istess Ministeru l-bieraħ filgħaxija. |
| Din il-liċenza hija | sinjal ta’ rikonoxximent u apprezzament min-naħa tal-Gvern għall-ħidma u l-professjonalità tal-infermiera. |
| Waqt | messaġġ qasir tal-okkażjoni, l-Onor Galea qal li, bħala infermier hu stess, jifhem li l-infermier hu l-qalb tas-servizzi tas-saħħa. Filwaqt li stieden lil kull infermier biex ikun kburi li jħaddan professjoni tant importanti għas-saħħa tal-pazjenti, sostna wkoll l-importanza li l-professjonisti varji fil-qasam tas-saħħa jżommu ruħhom dejjem aġġornati dwar l-aħħar prattiċi sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar servizz possibbli. |
| Il-Ministru Cassar | irringrazzja lill-infermiera tal-ħidma li jwettqu mal-pazjenti u qal li ċ-ċertifikat li tqassam huwa konferma tar-rispett li l-Gvern għandu lejn il-ħidma tal-infermiera. Hu stieden lil dawk preżenti biex ikunu professjonisti eżemplari filwaqt li bil-ħidma tagħhom ikunu ta’ eżempju għal infermiera ġodda. Il-Ministru Cassar ħeġġeġ lill-infermiera biex huma stess jitkellmu dwar il-professjoni tagħhom u jaqsmu l-esperjenzi pożittivi mal-famlijari u ħbieb sabiex min ikun imħajjar jagħżel din il-professjoni jkun jista’ jsegwi l-eżempju tagħhom. |
| Id-Dipartiment tas-Saħħa | għandu mal-5,000 professjonist mediku jaħdmu fi ħdanu. Dawn jinkludu mal-2,300infermiera u qwiebel, 760 tobba u dentisti u 2,050 allied health care professionals (bħal Fiżjoterapisti, Speech Language Pathologists, etc) nursing aides u health assistants. |
| Din iċ-ċerimonja kienet | waħda minn numru ta’ ċerimonji li qed isiru mal-professjonisti kollha li jaħdmu fis-settur tas-Saħħa Pubblika. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003