Left arrow Go Back

Performance Audit: Malta Communications Authority – Regulation of the Universal Postal Service

pr2014
Date Icon 02/11/2010
Illum, l-AwditurĠenerali rrapporta fuq l-effettività tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex din tiżgura li Maltapost p.l.c., bħala l-provditur ta’ servizz universali (USP), qed timxi mal-obbligi tagħha u li qed tilħaq l-istandards minimi tal-kwalità tas-servizz u l-ħarsien tal-integrità tal-posta.
Il-posta hija kruċjaligħall-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika tas-soċjetà moderna. Anke jekk illum il-ġurnata hemm użu aktar wiesa’ tat-teknoloġija diġitali u elettronika, il-posta domestika u internazzjonali tibqa’ fundamentali għall-infrastruttura tal-pajjiż.
L-MCA, b’mod attiv,tirregola l-arranġamenti postali u l-kwalità tas-servizz miksub, billi tippubblika minn żmien għal żmien deċiżjonijiet, u żżomm kuntatt regolari mal-USP. Dan huwa meħtieġ biex l-operatur postali jimxi ma’ dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll ma’ kundizzjonijiet oħrajn stipulati fil-liġi tal-pajjiż u dik Ewropea.
Ir-rapport sab li l-MCAqed tieħu miżuri varji biex tiżgura li l-USP qiegħed jipprovdi aċċess suffiċjenti, kif ukoll li għandu arranġamenti adekwati għall-ġbir u t-tqassim ta’ kuljum tal-posta. L-Awtorità tat definizzjoni wkoll tal-istandards minimi għall-protezzjoni u s-sigurtà tal-posta, li jridu jiġu segwiti mill-USP. Sussegwentament l-Awtorità vverifikat il-pożizzjoni tal-USP dwar l-obbligi tal-integrità tal-posta, li għandha tilħaq, u kkompilat numru ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet fejn l-USP jista’ jsaħħaħ is-sistemi. Minn barra dan, l-Awtorità tirregola l-kwalità tas-servizz billi ddaħħal u tkompli tissorvelja standards u miri li jridu jiġu milħuqa mill-USP.
L-Awtorità hija wkollinvoluta f’numru ta’ preparazzjonijiet u azzjonijiet biex tkun f’pożizzjoni aktar b’saħħitha li tirregola s-servizzi postali ladarba jitneħħew il-monopolji legali kollha fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2013. Fost dawn il-preparazzjonijiet u azzjonijiet l-Awtorità daħħlet arranġamenti għall-immaniġġjar t’operazzjonijiet simili f’ambjent kompettittiv.
Ir-rapport jevalwas-suffiċjenza ta’ dawn il-miżuri u azzjonijiet. Jindika wkoll l-oqsma fejn l-MCA tista’ ssaħħaħ aktar l-isforzi regolatorji, partikolarment fejn jidħol il-kejl tal-kwalità tas-servizz, kif ukoll, l-assigurazzjoni li l-USP huwa konformi mal-obbligazzjonijiet kollha għall-integrità tal-posta.

Kopja tar-rapport jista’ jitniżżel mill-website tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (http://www.nao.gov.mt) minn għada.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow