Left arrow Mur Lura

Mniedi ktieb bl-isem ta’ “It-Traduzzjoni tal-Liġi Ewropea"

pr2013
Date Icon 02/11/2010
L-Unjoni Ewropea ħolqotindustrija ġdida għal Malta, dik tat-traduzzjoni. Mill-2004 'l hawn, mijiet ta' Maltin qegħdin jaħdmu fit-traduzzjoni (tradutturi, segretarji, avukati reviżuri, qarrejja tal-provi) kemm mal-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell u l-Lussemburgu kif ukoll bħala tradutturi freelance li jaħdmu minn djarhom jew ma' kumpaniji tat-traduzzjoni stabbiliti f’Malta jew barra.
Huwa stmat fil-fatt likull sena jiġu tradotti 'l fuq minn 150 elf paġna bil-Malti. In-nefqa totali tal-Unjoni fit-traduzzjoni taqbeż il-€500 miljun għal-lingwi kollha flimkien, filwaqt li skond rapport tal-Qorti tal-Awdituri kull paġna tradotta fl-istituzzjonijiet hija stmata li tiswa madwar €200 meta wieħed jinkludi l-ispejjeż kollha relatati.
Il-Viċi Prim Ministru uMinistru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg li attenda ċ-ċerimonja tat-tnedija ta’ ktieb, faħħar din l-inizjattiva ta’ Dr. Peter Agius. Huwa ddeskriva din l-inizjattiva bħala waħda li tagħmel ġieh lit-tradutturi Maltin u li għandha sservi bħala linji gwida għal kull min hu midħla ta’ dan ix-xogħol.
Dan huwa mod eċċellentikif il-Maltin jippenetraw fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Hemm madwar 50 Malti u Maltija li jaħdmu mal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-ktieb huwa riżultat ta’ kooperazzjoni vera u dedikazzjoni tal-uffiċjali Maltin fl-istituzzjonijiet varji tal-Unjoni Ewropea. Biex inkiteb kien hemm il-kontribut ta’ 15-il persuna f’servizzi differenti mifruxin madwar Brussell, il-Lussemburgu u Malta. Jinvolvi 264 paġna, 70,000 kelma u ħa madwar 5 snin biex ġie finalizzat.
Jacques Delors qal lidin l-ispiża hija ''le prix a payer pour l' Europe''. It-traduzzjoni fil-fatt tassigura t-trattament ugwali taċ-ċittadini tal-Unjoni, mingħajr diskriminazzjoni għad-daqs tal-poplu li jitkellem dik il-lingwa. Mingħajr it-traduzzjoni l-Unjoni ssir muta għax ma tkunx tista' tikkomunika verament maċ-ċittadini tagħha bil-lingwa tagħhom.
Madankollu,t-traduzzjoni ssir eżerċizzju inutli jekk ma sservix ta' ħolqa vera bejn l-Unjoni u l-poplu.
Per eżempju, traduzzjoniformalizzata żżejjed bil-Malti tista' tkun kaġun li l-Maltin stess ma jużawx il-verżjoni Maltija għax jarawha stramba u tqila; u minflok jużaw il-verżjoni Ingliża. Fit-traduzzjoni għall-Malti jenħtieġ għaldaqstant li t-traduttur jassigura li l-Malti li jipproduċi jkun fil-fatt jinqara tajjeb u b' hekk jaqdi liċ-ċittadini Maltin.

Dwar il-ktieb

Dan il-ktieb jiġbor dawkil-linji gwida li t-traduttur irid isegwi biex jipproduċi traduzzjoni ta'  kwalità bil-Malti li tista' tkun ta' użu reali għaċ-ċittadin. Dan isir billi jiġi l-ewwel spjegat fid-dettall il-kuntest politiku u legali tal-Unjoni u kif dan jaffettwa t-traduzzjoni. Fil-Kapitolu III nelaboraw numru ta' linji gwida li permezz tagħhom it-traduttur jassigura li t-test li qed jipproduċi jilħaq l-iskop tiegħu billi dan ikun adattat għall-pubbliku li ser jużah, billi jkun preċiż fl-aspetti legali iżda sempliċi u dirett fl-espressjoni tiegħu.
Fil-Kapitolu V nagħtuħarsa lejn ix-xogħol tat-traduzzjoni fis-servizzi kollha tal-istituzzjonijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet ta' 15-il uffiċjal li jaħdmu fis-servizzi differenti, filwaqt li f'Kapitolu VI insibu deskrizzjoni dettaljata tal-proċeduri tas-selezzjoni tal-persunal fl-istituzzjonijiet Ewropej inkluż pariri prattiċi għall-preparazzjoni ta' dawn l-eżamijiet kif ukoll kampjuni ta' testijiet.
Din il-pubblikazzjonitikkodifika dawk l-elementi kollha ta' konoxxenza li t-tradutturi esperti fl-istituzzjonijiet japplikaw ta' kuljum f'xogħolhom konxjament jew inkonxjament. Fil-fatt il-linji gwida stabbiliti f'dan il-ktieb huma lkoll sostanzjati b'eżempji fejn il-linja gwida tiġi applikata. Uħud mil-linji gwida msemmija jiġu applikati b' mod awtomatiku mit-traduttur hekk kif dan jilħaq livell ta' ċerta esperjenza u speċjalizzazzjoni. F'dan is-sens dan ix-xogħol huwa sempliċement gwida sabiex it-traduttur jilħaq livell ta' eċċellenza aktar kmieni fil-proċess tal-karriera tiegħu.
L-istudji kollha f'danil-ktieb huma prodott tal-esperjenza diretta tal-awtur fil-qasam u tal-interazzjoni tiegħu ma' kollegi Maltin u barranin fl-istituzzjonijiet.

Dwar l-awtur

Dr. Peter Aġius iggradwabħala avukat mill-Università ta' Malta u kompla l-istudji tiegħu fid-dritt Ewropew fl-Université Libre de Bruxelles. Huwa kien wieħed mill-ewwel uffiċjali Maltin li daħlu jaħdmu mal-Istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell.
F'isem il-Kunsilltal-UE, kien inkarigat mill-proċess ta' screening tal-liġijiet tal-Unjoni tradotti bil-Malti qabel Malta aderiet mal-Unjoni fl-2004, u mir-reviżjoni legali tat-Trattati, inkluż it-trattat ta' Lisbona.
Flimkien ma' numru kbirta' kollegi poġġa l-pedamenti għall-prattiċi u t-terminoloġija teknika bil-Malti u kien strumentali wkoll sabiex l-uffiċjali nvoluti fit-traduzzjoni jikkoperaw aktar mill-qrib biex jarmonizzaw it-terminoloġija bil-Malti.
Huwa jgħallemfl-Università ta' Malta fil-kors tal-Masters tat-Traduzzjoni u jagħti taħriġ fuq l-Unjoni Ewropea f' diversi fora kemm Malta kif ukoll barra. Jippubblika wkoll regolarment artikli ta' opinjoni dwar affarijiet Ewropej f'ġurnali lokali.
Fl-2008 ingħaqadmad-Direttorat Ġenerali għall-Kompettività fil-Kunsill tal-UE fejn illum huwa nkarigat min-negozjati tal-liġijiet Ewropej fil-qasam tas-suq intern fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri kif ukoll fin-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow