Left arrow Go Back

Malta tikkonsolida r-relazzjonijiet bilaterAli mal-Ġermanja

pr2011
Date Icon 02/11/2010
“Iż-żjara ta’ Dr Werner Hoyer, Ministru tal-Istatfl-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, li qed tissuċidi ż-żjara tal-Viċi Kanċillier u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Guido Westerwelle f’Settembru li għadda, hija eżempju ċar tal-importanza li l-Ġermanja u Malta qed jagħtu fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali. Dan huwa wkoll eżempju ta’ ħbiberija soda ma’ wieħed mill-iktar sieħba mportanti fil-qasam ekonomiku u politiku.”
Il-ViċiPrim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem it-taħditiet li saru fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Huwa sostna li l-Ġermanja matul is-snin uriet l-appoġġ tagħha lil Malta fuq diversi materji fosthom dawk politiċi u ekonomiċi.
Intant,il-Ministru tal-Istat Hoyer stqarr li “L-iżvilupp ta’ Malta huwa impressjonanti. Dan l-iżvilupp ma sehhx biss minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea. Inħossni kburi li għandi l-opportunità li nitħaddet ma’ sħabi l-Maltin fuq materji u kwistjonijiet Ewropej. Kif ukoll fuq l-opportunità li nsaħħaħ iktar ir-relazzjonijiet diġa’ eċċellenti ta’ bejnietna. Malta għandha rwol importanti fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Għarab, mhux biss minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, iżda wkoll minħabba s-sekli sħaħ ta’ esperjenza storika li hija tħaddan.”
Il-Ministru Hoyer stqarr li kienu biss il-Ġermanja uMalta mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li fl-aħħar xhur taw tkabbir u riżultati ekonomiċi pożittivi. “Dan għandu jagħmel lil Malta kburija, iktar u iktar bil-limitiazzjonijiet ta’ daqs tal-pajjiż.”
Iktarminn hekk huwa importanti li tissemma l-fiduċja li l-investituri Maltin għandhom f’pajjiżna. Madwar 50 kumpanija tal-manifattura Ġermaniża topera f’Malta u tħaddem madwar 2,240 impjegat. Din il-kollaborazzjoni żdiedet fl-aħħar ħames snin, li fihom 14-il kumpanija Ġermaniża waqqfu ħidmiet ġodda f’Malta. Iktar minn hekk, 17-il kumpanija Ġermaniża li diġa’ għandhom investimenti f’Malta, permezz tal-inizjattivi offruti mill-Malta Enterprise, saħħew u kattru l-operazzjonijiet tagħhom f’Malta.
Huwasinifikanti għal Malta li ismijiet magħrufa fosthom il-Playmobil, il-Lufthansa Tecknik u d-Deutsche Bank mhux biss għażlu li jinvestu f’Malta, iżda wkoll iddeċidew li jespandu l-operat tagħhom, minkejja l-kriżi internazzjonali.
Il-Ġermanja bħala pajjiż sieħeb fil-kummerċ, huwakkonfermat ukoll mill-għadd ta’ inizjattivi u avvenimenti li jsiru regolarment mill-Malta Enterprise sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ stati. L-Intrapriżi Maltin qegħdin isaħħu l-preżenza tagħhom f’għadd ta’ fieri fil-Ġermanja, bħal CEBIT f’Hanover, u dawn l-avvenimenti qed ikunu utilizzati bħala opportunitajiet importanti.
MaltaEnterprise flimkien mal-Konsli Onorarji fil-Ġermanja, jorganizzaw regolarment workshops kummerċjali li bis-saħħa tagħhom iressqu iktar fil-viċin l-intrapriżi u l-Kamra tal-Kummerċ tal-lokal (IHKs).
Il-ViċiPrim Ministru rringrazzja lill-Ġermanja fl-appoġġ tagħha lil Malta fil-ħidma ta’ pajjiżna fl-influss tar-refuġjati fl-aħħar snin. Il-Ġermanja irrikonoxxiet il-piż sproporzjonat li qed terfa’ Malta. Għal dan il-għan, madwar 130 refuġjat ħallew Malta biex ifittxu futur fil-Ġermanja.

Matul iż-żjara ta’ jumejn f’Malta, Dr Werner Hoyer iltaqa’ mal-Pro Rettur tal-Università ta’ Malta u indirizza, fost oħrajn, lill-istudenti tal-MEDAC.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow