Qari ta’ PoeŻiji tal-PajjiŻi ŻgĦar
pr2009
02/11/2010
| Il-Grupp ta’ Qari ta’ | Poeżiji tal-Pajjiżi Żgħar iċċelebra s-sitt Anniversarju x-xhar li għadda fil-Katzen Center tal-Kulleġġ ta’ Arti u Xjenzi f’American University f’Washington, DC. Dis-sena, din il-laqgħa tradizzjonali ta’ Washington ġibdet folla ta’ 200 ruħ biex jisimgħu l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet minn għaxar pajjiżi – l-Awstrija, Bahrain, il-Bulgarija, Ċipru, Islanda, Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, Monaco, u s-Slovenja. |
| Il-Small Nations Poetry | Reading twaqqfet sitt snin ilu mill-Ambaxxatur Malti ta’ dak iż-żmien, John Lowell, u mill-Ambaxxatriċi tal-Liechtenstein, l-E.T. Claudia Fritsche. L-għan kien biex joħolqu konnoxxenza tal-pajjiżi ż-żgħar. Fil-ħajja mgħaġġla u mlelxa ta’ Washington, il-pajjizi ż-żgħar jistgħu faċilment jintesew. |
| Waqt l-avveniment, | il-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet qraw il-poeżiji ta’ pajjiżhom bl-Ingliż, imbaghad irrepetew l-aħħar stanza bil-lingwa tagħhom. It-tema ta’ din is-sena kienet ‘L-Identita’ Nazzjonali’. Il-poeżija ta’ Malta msejħa ‘Erba’ Blatiet’, inkitbet mill-poeta Malti, Antoine Cassar, w ittieħdet minn poeżija itwal ta’ l-istess awtur msejħa ‘Atlas’. |
| L-għaqda ta’ din is-sena | giet organizzata mill-Ambaxxatriċi Fritsche u mill-istaff tagħha. Wara il-qari tal-poeżiji, sar riċeviment mniedi mill-Ambaxxata tal-Bahrain. Waqt ir-Riċeviment, pajjiżi produtturi tal-inbid dewwqu l-inbejjed tagħhom. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003