GĦELUQ TAL-ISPIŻERIJA TAL-GŻIRA
pr2007
01/11/2010
| Bħala | parti mill-inizjattiva tal-Gvern biex ikompli jifrex l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek kif kien diġa’ mħabbar, minn għada t-Tlieta 2 ta’ Novembru, l-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira se tkun magħluqa. |
| Dawk | in-nies li jieħdu l-prodotti mingħajr ‘Gluten’ huma mitluba jċemplu l-ispizerija tal-Flurjana fuq in-numru 21243314 sabiex ikun jistgħu jsiru l-arranġamenti neċessarji. |
| Dawk | il-pazjenti li għadhom ma rregistrawx mal-Iskema tal-POYC huma kordjalment mitluba jagħmlu dan mill-aktar fis possibli billi jiġbru l-formola uffiċjali tar-Reġistrazzjoni mingħand l-ispiżerija tal-għażla tagħhom. |
| Min | għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub iċempel fuq in-numri 2248 1800 jew 2210 6350. |
| Id-Diviżjoni tas-Saħħa tirringrazzja lill-pubbliku | tal-koperazzjoni. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003