Left arrow Go Back

Jum it-Traġedja mfakkra f’Għawdex

pr2006
Date Icon 01/11/2010
F’Għawdex ġie mfakkar it-62 anniversarju ta’ waħdamill-agħar traġedji tal-baħar li seħħew qrib Għawdex u li wasslet biex 23 persuna tilfu ħajjithom waqt vjaġġ traġiku bejn Malta u Għawdex fit-30 ta’ Ottubru tal-1948.
Dinit-traġedja ġiet kommemorata waqt ċerimonja ppreseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, li bdiet bi tqegħid tal-kuruni mal-monument li jfakkar din il-ġrajja, fl-inħawi taż-Żewwieqa fl-Imġarr Għawdex. Iċ-ċerimonja kompliet b’quddiesa ċċelebrata mir-Reverendu l-Kan. Dr. Joe Zammit, Arċipriet tal-Qala, abbord vapur tal-kumpanija Gozo Channel.
Flimkienma’ mistednin distinti kien hemm ukoll familjari ta’ wħud mill-vittmi, li lkoll tefgħu l-fjuri fil-baħar fil-post fejn seħħet it-traġedja, bħala sinjal ta’ rispett.
Dinid-diżgrazzja, li hija l-ikbar traġedja li seħħet f’Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ġrat meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri tal-ekwipaġġ, kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. Minn dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ passiġġieri li rnexxielhom isalvaw billi għamu sal-kosta.
It-tifkira ta’ din il-ġrajja, tiġi kkommemorata kullsena bi programm ikkordinat mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Fl-1998 ġie inawgurat monument li jfakkar din il-ġrajja traġika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow