Left arrow Go Back

iccelebrat jum iz-zghazagh 2010 f'ghawdex

pr2003
Date Icon 31/10/2010
Għaddta’ studenti żgħażagħ Għawdxin ipparteċipaw fil-programm ta’ attivitajiet li ttella’ ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), bħala parti mill-attivitajiet organizzati permezz tal-Youth Employment Programme. Dan huwaproġett kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew 2007 – 2013, li jitratta l-qgħad fost iż-żgħażagħ filwaqt li jgħin fl-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono,iltaqgħet mal-istudenti preżenti f’Misraħ San Ġorġ fir-Rabat, fejn kienu kkonċentrati l-attivitajiet. Hija ħeġġithom ikomplu bl-istudji tagħhom sabiex ‘il quddiem ikollhom aktar opportunitajiet tax-xogħol. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif il-maġġoranza tal-istudenti Għawdxin qed ikomplu bl-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta kif ukoll f’istituzzjonijiet edukattivi oħra madwar Malta u Għawdex. Semmiet kif bħalissa 934 student Għawdxi qed jattendu korsijiet fl-Università ta’ Malta, 239 student fiċ-ċentri tal-MCAST fix-Xagħra u fix-Xewkija u 173 student ieħor qed isegwu korsijiet fiċ-ċentri tal-MCAST f’Malta. Barraminhekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex qed jilqa’ 27 student fuq bażi full-time u 46 student fuq bażi part-time.

L-Onor. Giovanna Debono żaret fost l-oħrajn stand imtellgħa mid-Direttorat għal Eko-Għawdex u Żvilupp Reġjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Minn hawnhekk, l-istudenti żgħażagħ Għawdxin kienu qed jingħataw tagħrif dwar din l-istrateġija ta’ żvilupp sostenibbli għal Għawdex kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar il-proġetti li għaddejjin u oħrajn li huma ppjanati fid-dawl tal-viżjoni tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Matul din l-attività tqassam ukoll materjal informattiv u promozzjonali dwar din il-viżjoni.

L-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ kienu jinkludustand bl-ikel imtellgħa mill-istudenti żgħażagħ li qed isegwu korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala, minn fejn ingħatat ukoll informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol fis-settur turistiku. Ittellgħu wkoll diversi workshops interattivili ttrattaw fost l-oħrajn l-immaniġġjar tal-ilma u dak tal-iskart. Ingħatat ukoll gwida lill-istudenti dwar il-karrieri mill-YEP Team, kif ukoll minn entitajiet li joffru x-xogħol fosthom dak fl-ICT. Rappreżentanti tal-WasteServ, il-MITA, iċ-Ċentru Għawdxi tal-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri, il-Librerija Pubblika ta’ Għawdex u l-Grupp Universitarji Għawdxin kienu wkoll preżenti. L-attivitajiet ġew fi tmiemhom permezz ta’ kunċert mill-grupp Għawdxi Chasing Pandora.
Għaldawn l-attivitajiet attendew fost l-oħrajn l-istudenti kollha li jinsabu fil-ħames sena tal-edukazzjoni sekondarja fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex kif ukoll xi studenti li jattendu ċ-Ċentru għall-Istudji Ogħla Sir M.A. Refalo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow