Left arrow Go Back

tfal u studenti ghawdxin jikkommemoraw jum ghawdex

pr2002
Date Icon 31/10/2010
Madwar500 tifel u tifla mill-iskejjel primarji kollha Għawdxin ħonqu Pjazza Indipendenza fir-Rabat Għawdex, hekk kif attendew għall-attività kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex. Din iċ-ċelebrazzjoni tfakkar il-jum storiku tat-28 ta’ Ottubru 1798, meta l-Arċipriet Saver Cassar mexxa l-qawmien tal-Għawdxin kontra l-qawwiet Franċiżi li tat bidu għal sentejn ta’ gvern proviżorju mmexxi mill-Għawdxin stess.
Dinl-attività li għar-raba’ sena konsekuttiva ġiet organizzata mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Reġjonali u Nazzjonali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, flimkien mal-Kulleġġ ta’ Għawdex, kienet tinkludi t-tnedija ta’ innu ġdid lill-Eroj Għawdxi l-Arċipriet Saver Cassar. Il-kliem u l-mużika ta’ dan l-innu, b’kitba ta’ Anton F. Attard u kompożizzjoni ta’ Mariella Spiteri, ġew ippreżentati lill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono waqt din l-attività.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono,li ppresediet din iċ-ċerimonja, qalet li huwa xieraq li t-tfal u l-istudenti Għawdxin jitgħallmu dwar l-istorja glorjuża tal-gżira ta’ Għawdex, għax b’hekk jitnissel spirtu ta’ patrijottiżmu ħaj li jagħmel lill-Għawdxin kburin bl-identità Għawdxija. Hija żiedet tgħid li l-ġrajja tat-28 ta’ Ottubru 1798 kienet waħda mill-ġrajjiet li tat identità lill-poplu Għawdxi u li għandha sservi biex l-identità Għawdxija tkun aktar apprezzata. “Din hija wkoll waħda mill-prijoritajiet li jiffurmaw il-bażi tal-ħidma li ser tmexxina biex nilħqu l-viżjoni ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika”, qalet il-Ministru Debono. Hija spjegat ukoll lit-tfal preżenti li l-kelma ‘ekoloġika’ ma tfissirx biss dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ambjent naturali, iżda tkopri wkoll ħarsien tal-patrimonju storiku, kulturali u tradizzjonali biex b’hekk ikun jista’ jiġu mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Matuldin iċ-ċelebrazzjoni, il-kor tal-Kulleġġ ta’ Għawdex taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri kanta l-Innu lil Għawdex, l-Innu tal-Kulleġġ ta’ Għawdex kif ukoll l-Innu Nazzjonali. Għal din l-okkażjoni saret ukoll rappreżentazzjoni animata mit-tfal taħt id-direzzjoni ta’ Angelo Bonello, dwar dan l-eroj Għawdxi u r-rebħa tal-Għawdxin fuq il-Franċiżi fit-28 ta’ Ottubru 1798.
Iċ-ċerimonja ntemmet bit-tqegħid ta’ kurunital-fjuri mal-monument ta’ l-Arċipriet Saver Cassar, mill-Ministru għal Għawdex u mill-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, il-Kav. Frank Gatt. Barraminhekk student/a minn kull skola ta’ Għawdex qiegħdu fjura waħda mal-monument f’isem l-iskejjel rispettivi tagħhom, b’tislima lil dan l-eroj Għawdxi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow