Left arrow Go Back

“L-inklużjoni tgħin fil-fejqan ta’ persuni li jkollhom problemi ta’ saħħa mentali”

pr1999
Date Icon 30/10/2010
Is-SinjuraCatherine Gonzi indirizzat Konferenza organizzata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u mill-Kummissjoni Ewropea
Is-SinjuraCatherine Gonzi, indirizzat konferenza dwar is-saħħa mentali li saret f’Leuven il-Belġju.  Hi kienet mistiedna tindirizza din il-Konferenza bħala Patruna tal-Empowerment Working Group tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.  Il-Konferenza kienet organizzata mill-Għaqda Dinjia tas-Saħħa flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u kellha t-tema Empowerment in Mental Health – Working together towards Leadership.
Il-Programm li qedjitfassal mill-EmpowermentWorking Group huwa maħsub biex persuni li jużaw is-servizzi ta’ saħħa mentali ikabbru aktar il-fiduċja fihom infushom u jingħataw aktar spazju biex jieħdu deċiżjonijiet li jittrattaw aspetti importanti fil-ħajja tagħhom.
Wieħedmill-iskopjiet importanti ta’ dan il-Programm hu propju li jiżviluppa indikaturi biex ikun magħruf kemm is-soċjeta tagħti lill-persuna spazju biex tieħu deċiżjonijiet u kemm effettivament qed tipparteċipa fis-soċjeta’, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.
Il-Konferenza, ligħaliha attendew professjonisti, qraba u persuni li jużaw is-servizzi tas-saħħa mentali, iddiskutiet kif issa li dawn l-indikaturi ġew maqbula, jistgħu jibdew jiġu implimentati fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
Fid-diskors tagħhais-Sinjura Gonzi saħqet dwar l-importanza li kulħadd, individwi min kull qasam, fosthom persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, il-qraba tagħhom, professjonisti fis-saħħa, min iħaddem u mexxejja għandhom ikunu ta’ eżempju għas-soċjeta’, għandhom joffru leadership f’dak li jagħmlu f’dan il-qasam tant sensittiv u importanti.  Hi kompliet tgħid li l-inklużjoni soċjali tikkontribwixxi għal fejqan ta’ nies li jkunu għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali.  Qalet ukoll li l-inklużjoni toħloq soċjeta’ aktar rikka għaliex magħmula minn kontribuzzjoni aktar wiesgħa.  Is-Sinjura Gonzi enfasizzat li jrid ikollna l-kuraġġ nibdlu aktar il-mod ta’ kif inħarsu lejn min ikun qiegħed jieħu kura għas-saħħa mentali.  Irridu li huma jkollok aktar stima fihom infushom, u li aħna nafdaw u nagħtuhom l-għodod biex huma wkoll jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għalihom infushom.
Matul iż-żjaratagħha fil-Belġju is-Sinjura Gonzi kellha ukoll laqgħat ma’ Michael Heubel, Kap tat-Taqsima f’DG SANCO tal-Kummissjoni Ewropeja, kif ukoll ma’ Andreas Huber, Kap tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar l-Ambjent, Saħħa Publika u Sigurta fl-Ikel (ENVI) tal-Parlament Ewropew, li t-tnejn jittrattaw is-saħħa mentali.
Waqt dawn iż-żewġlaqgħat is-Sinjura Gonzi tkellmet dwar il-Programm tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u saħqet li kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom jagħtu aktar appoġġ biex is-saħħa mentali tkun fuq quddiem nett fl-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea.
Is-Sinjura Gonzitalbet liż-żewġ rapreżentanti tal-istituzzjonijiet Ewropej biex jagħmlu l-almu tagħhom sabiex kull pajjiż ikompli jtejjeb is-servizzi għal persuni li jkunu qed jieħdu kura għas-saħħa mentali u jaħdmu biex ikollna soċjetajiet dejjem aktar inklussivi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow