Left arrow Go Back

Il-President u s-Sinjura Abela jiritornaw miŻ-Żjara Privata F’ Londra

pr1998
Date Icon 30/10/2010
Il-President u s-Sinjura Abelarritornaw lura Malta kmieni dalgħodu wara żjara privata f’Londra.
Tul din iż-żjara, il-President u s-SinjuraAbela kellhom l-opportunita’ jiltaqgħu mal-pazjenti Maltin li jieħdu l-kura fl-isptarijiet tal-Ingilterra u li jibbenifikaw mill-Malta Community Chest Fund. Huma żaru bosta sptarijiet fejn il-Maltin jiehdu l-kura jew jinżammu rikoverati, fosthom : Great Ormond Street Hospital, Royal Marsden Sutton, Surrey u l- King’s College Hospital, London. Il-President u s-Sinjura Abela qagħdu għand is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu li wkoll jilqgħu għandhom il-pazjenti Maltin. Il-President Abela faħħar il-ħidma kontinwa ta’ dawn is-sorijiet li jagħtu ħafna sapport u dedikazzjoni lill-pazjenti.
Il-President u s-Sinjura Abelakellhom ukoll l-opportunita’ li jiltaqgħu mal-ispeċjalisti u t-tobba li jieħdu ħsieb il-pazjenti Maltin fl-isptarijiet tal-Ingilterra.
Tul din iż-żjara privata il-Presidentu s-Sinjura Abela kienu akkompanjati mill-kummissarju l-għoli, L-E.T. is-Sur. Joseph Zammit Tabona.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow