AKTAR MINN 5,000 PERSUNA JITOLBU INFORMAZZJONI WAQT KAMPANJA TA’ GĦARFIEN MNEDIJA MILL-ISPTAR MONTE KARMELI
pr1995
29/10/2010
| Ftit aktar minn 5,000 persuna | talbu informazzjoni waqt kampanja ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali organizzata mill-isptar Monte Karmeli. Il-kampanja, li ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lis-saħħa mentali, involviet numru ta’ professjonisti tal-isptar li ltaqgħu mal-pubbliku f’diversi stands f’postijiet differenti. |
| Dan sar fi sforz | biex il-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar il-problemi ta’ saħħa mentali, imma wkoll biex titwassal informazzjoni dwar il-postijiet li minnhom wieħed jista’ jirċievi l-kura relatata. |
| Is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea, li huwa responsabbli minn dan is-settur, irringrazzja lill-professjonisti kollha li taw sehemhom f’din il-kampanja, filwaqt li jinnota b’sodisfazzjon l-interess li wera l-pubbliku. |
| L-Onor. Galea qal li | dan kollu jikkumplimenta l-istrateġija tal-Gvern li twassal is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Matul din l-aħħar sena komplew jiżdiedu dawn is-servizzi li issa qed jingħataw fi kważi 30 lokalità differenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262001
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...
PR262000en