Left arrow Go Back

AKTAR MINN 5,000 PERSUNA JITOLBU INFORMAZZJONI WAQT KAMPANJA TA’ GĦARFIEN MNEDIJA MILL-ISPTAR MONTE KARMELI

pr1995
Date Icon 29/10/2010
Ftit aktar minn 5,000 persunatalbu informazzjoni waqt kampanja ta’ għarfien dwar is-saħħa mentali organizzata mill-isptar Monte Karmeli. Il-kampanja, li ġiet organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali ddedikat lis-saħħa mentali, involviet numru ta’ professjonisti tal-isptar li ltaqgħu mal-pubbliku f’diversi stands f’postijiet differenti.
Dan sar fi sforzbiex il-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar il-problemi ta’ saħħa mentali, imma wkoll biex titwassal informazzjoni dwar il-postijiet li minnhom wieħed jista’ jirċievi l-kura relatata.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Mario Galea,  li huwa responsabbli minn dan is-settur, irringrazzja lill-professjonisti kollha li taw sehemhom f’din il-kampanja, filwaqt li jinnota b’sodisfazzjon l-interess li wera l-pubbliku.
L-Onor. Galea qal lidan kollu jikkumplimenta l-istrateġija tal-Gvern li twassal is-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità.  Matul din l-aħħar sena komplew jiżdiedu dawn is-servizzi li issa qed jingħataw fi kważi 30 lokalità differenti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow