Diskors mill-Onor. Joe Cassar, Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura FIl-Komunità, DWAR it-tnedija ta’ numru ta’ servizzi ġodda fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2010 - Valletta – Il-Ġimgħa, 29 ta’ Ottubru 2010
pr1994
29/10/2010
| Fil-viżjoni li Malta tkun | ċentru reġjonali ta’ eċċellenza fil-kura tas-saħħa, is-sena li għaddiet il-Gvern ivvota nofs miljun Ewro biex jintużaw għal xiri ta’ apparat mediku bil-għan li jiġu offruti servizzi ġodda b’teknoloġija aktar avvanzata. Dan minbarra il-miljun u nofs Ewro oħra li ġew ivvutati biex jiġu koperti spejjeż relatati mas-safar ta’ pazjenti għal trattament mediku u visti regolari f’Malta minn esperti barranin f’diversi oqsma speċjalizzati tal-kura tas-saħħa. Dan kollu qed isir bil-ħsieb li l-pazjenti jkunu jistgħu jirċievu aktar servizz ta’ kura speċjalizzata f’Malta biex dejjem jittaffa l-piż finanzjarju minn fuq il-pazjent u l-familja filwaqt li jieħu l-kura f’ambjent familjari u viċin il-qraba. |
| Din is-sena ħadna numru ta’ miżuri | konkreti biex titwettaq din il-wegħda u dawn jinkludu: |
· introduzzjoni ta’ servizzi ġodda fl-Isptar Mater Dei li għal dawn l-aħħar snin kienu offruti biss fl-Ingilterra.
· introduzzjoni ta’ servizzi ġodda fil-pakkett ta’ kura offrut mil-Gvern
· żieda fl-Ispeċjalitajiet li għalihom bdejna nġibu Konsulenti Barranin biex jagħtu servizz ġewwa Mater Dei
· żieda fin-numru ta’ visti minn Konsulenti Barranin li diġà kienu qed joffru servizz Malta
| Dan kollu kien possibli minħabba l-impenn, | l-entużjażmu u l-ambizzjoni tat-tobba u t-tims minn diversi dixxiplini u allura nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lil dawn in-nies li mhux biss ikunu preżenti waqt il-proċeduri nnifishom imma li l-ħin kollu jaħsbu kif jistgħu jtejbu l-firxa ta’ servizzi. |
| Biex nagħti xi eżempji aktar kmieni | din is-sena, fl-Isptar Mater Dei saret għall-ewwel darba operazzjoni tal-Cochlear Implant li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni neqsin mis-smigħ. Professjonisti Maltin ingħataw taħriġ fi Sptarijiet barranin li wassal biex tim Mediku Malti assistit minn Kirurgu Barrani jagħmel din l-operazzjoni lokalment u jispiċċa l-bżonn li l-pazjenti jintbagħtu Manchester għal din il-proċedura. Għaldaqstant propju jumejn ilu it-tim mediku Malti reġa’ opera żewġt itrabi ta’ sena u nofs fejn saritilhom Bilateral Cochlear Implant b’tant suċċess li wara ġurnata ntbagħtu d-dar. |
| F’Lulju ta’ din is-sena saret | għall-ewwel il-proċedura medika msejħa TAVI mid-Dipartiment tal-Kardjoloġija. It-Transcatheter Aortic Valve Implantationġeneralmentissir fuq pazjenti avvanzati fl-età li l-kundizzjoni ta’ saħħithom ma tippermettix li ssirilhom operazzjoni normali. B’din il-proċedura jiġi kkurat djuq fil-valv fl-arterja prinċipal tal-qalb billi jiġi trapjantat valve artifiċjali mingħajr il-bżonn ta’ loppju. Matul dan ix-xahar din l-proċedura reġgħet saret b’suċċess fuq tliet pazjenti oħra. Tajjeb li ngħidu illi din il-proċedura ssir biss f’numru żgħir ta’ ċentri t’eċċelenza madwar l-Ewropa. |
| Din is-sena ġie mistieden | għall-ewwel darba Konsulent mill-Isptar Queen Victoria ta’ Londra biex jassisti Konsulenti Maltin f’operazzjonijiet tal-Orthognathics. Din il-proċedura ssir biex jiġu kkoreġuti problemi fl-istruttura tax-xedaq. Fis-snin li għaddew l-pazjenti kienu jintbagħtu l-Ingilterra biex issirilhom din l-operazzjoni. |
| Konsulent mil-Isptar Kings College | speċjalizzat fuq il-kura tal-fwied ra numru ta’ pazjenti ġewwa l-Outpatients ta’ Mater Dei. Huwa ppjanat li dan il-Konsulent jibda jattendi outpatient clinic regolarment Malta sabiex il-pazjenti ma jkollhomx il-bżonn li jmorru l-Ingilterra għall-follow ups wara li jkun sarilhom trapjant tal-fwied. |
| Apparti s-servizzi li diġà semmejt | għandi pjaċir nħabbar li għaddejjin preparament biex sal-aħħar tas-sena jibdew jiġu offruti żewġ servizzi ġodda oħra: |
· Radiofrequency Ablation u Transarterial chemoembolization
u
· Bone Anchored Hearing Aid
| Ir-Radiofrequency Ablation u | Transarterial chemoembolization; huma żewġ proċeduri relatati mal-kura tal-Kanċer fil-fwied, u huwa ppjanat li dawn jibdew jsiru ġewwa l-Mater Dei f’Diċembru. Il-BAHA – Bone Anchored Hearing Aid, tinvolvi t-trapjant ta’ hearing aid ġewwa għadma wara l-widna f’każi fejn il-persuna kkonċernata ma tistax tuża hearing aid normali. B’hekk numru ieħor ta’ pazjenti mhux se jkollhom il-bżonn jivjaġġaw lejn l-Ingilterra biex jirċievu dawn is-servizzi. |
| Huwa ppjanat ukoll li f’Malta jibdew | isiru l-operazzjonijiet ta’ Deep Brain Stimulation, li tinvolvi t-trapjant ta’ apparat mediku li jissejjaħ brain pacemaker li jibgħat stimuli elettriċi lill-partijiet speċifiċi tal-moħħ. Fil-ġimgħat li ġejjin Konsulenta li taħdem Mater Dei ser tintbgħat in-National Hospital ġewwa Londra biex tqatta’ xi żmien taħdem ma’ tim Mediku f’dan il-qasam bi preparazzjoni għal dan is-servizz il-ġdid. L-operazjoni attwali se tibda ssir minn Kirurgu li jopera ġewwa Londra u li ħa jibda jinġieb Malta darbtejn f’sena biex jopera l-pazjenti f’Mater Dei fil-waqt li l-Konsulenta Maltija tkun tieħu ħsieb l-Kura tal-pazjent wara l-operazzjoni. |
| Barra li qed jittieħdu miżuri biex | jiżdiedu is-servizzi ġodda qegħdin isiru arranġamenti biex tiżdied il-frekwenza tal-visti minn Konsulenti barranin li ilhom jagħtu servizz siewi ġewwa Mater Dei. Minn din is-sena n-numru ta’ visti ta’ Konsulenti tal-Ortopedia żdied u għalhekk l-istennija mill-pazjenti qsaret. Dawn l-aħħar xhur Konsulent Malti speċjalizzat fl-Ortopedija speċifikament fil-kirurġija tad-dahar irritorna lura Malta wara li qatta’ żmien twil kien jaħdem l-Ingilterra. Pazjenti li qabel kienu jintbagħtu l-Ingilterra għall-interventi kirurġiċi fid-dahar issa se jkunu jistgħu jirċievu din il-kura f’Malta stess. |
| Il-Gvern jifhem id-diffikultajiet li | wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom fi żmien diffiċli tal-mard aktar u aktar meta l-pazjent jkollu jsiefer għall-kura barra minn Malta. Għaldaqstant il-Ministeru tas-Saħħa ħadem u qed ikompli jaħdem flimkien mal-professjonisiti u l-management ta’ Mater Dei biex bil-għaqal jiżviluppa u jintroduċi numru ta’ servizzi ġodda oħra fl-Isptar Mater Dei, biex inaqqas il-bżonn ta’ safar minn pazjenti. |
GRAZZI
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003